Reference: Volume 46D (1962), Part No. 4, Section , Page 788

Judgement Details


Date
13/01/1962
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs ROKKU ABDILLA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 161, 425, U 440(3) TAL-KODICI KRIMINALI - INGURJA - NULLITA' - PROVI - RINVIJU - SENTENZA - VILIPENDJU TAR-RELIGJON
Summary
Il-Magistrat li jkun qata' l-kawza fl-ewwel instanza' mhuwiex producibbli bhala xhud fl-appell li jsir minn dik is-sentenza biex jaghti spjegazzjoni tad-decizjoni tieghu; kif mhux ammissibli membru ta' tribunal jew qorti biex jaghti nterpretazzjoni ta' decizjoni li jkun ha parti fiha. Meta l-Attorney General jirrinvija l-inkartament ta' kumpilazzjoni lill-Magistrat sedenti bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali biex jiddecidi huwa l-kawza, dak il-Magistrat hu vinkolat biss fis-sens li ma jistghaxaktar jirritjeni li l-fatti jammontaw ghal reat ta' kompetenza tal-Qorti Kriminali tal-Maesta' Taghha r-Regina bhala Qorti plenarja; imma ghal kull haga ohra ma hux marbut, u "inter alia" jista' jsibl-imputat hati ta' reat divers minn dak indikat mill-Attorney General; basta, pero', jinghata lill-imputat zmien biex jiddefendi ruhu kontra l-imputazzjoni l-gdida. Imma l-koncessjoni ta' dan iz-zmien mhijiex obligatorja ghall-Qorti, jekk l-imputat ma jitlobhiex. Jekk jitlobha, il-Qorti hi obligata takkorda dak iz-zmien; jekk ma jitlobhiex, il-Qorti mhux necessarjament ghandha takkordaha. Kwindi, jekk l-akkuza originarja tkun bazata fuq il-Kodici Kriminali, imma fit-trattazzjoni tal-kawza jidher li fuq l-istess fatti jista' jkun hemm reat li jaqa' taht il-Ligi tal-Istampa, li jkun involutfir-reat li jaqa' taht il-Ligi tal-Istampa, li jkun involut fir-reat originarjament dedott, l-imputat li jigi misjub hati ta' reat taht il-Ligi tal-Istampa ma jistghax jinvoka n-nullita' tas-sentenzafuq il-motiv li huwa gie sorpriz u li ma giex moghti lilu zmien biex jiddefendi ruhu kontra dak ir-reat gdid, jekk hu ma kienx talab differiment tal-kawza ghal dak l-iskop. Il-Ligi Kriminali, fid-dispozizzjoni li tikkontempla r-reat ta' vilipendju lir-Religjon Kattolika Apostolika Rumana u dak ta'min joffendi dik ir-Religjon billi jivvilifika "inter alia", il-Ministri taghha, ghandha titqies litirrikjedi ghall-integrazzjoni tar-reat, anki ta' dak kontemplat fit-tieni lok, l-intenzjoni specifika fl-imputat li joffendi r-Religjon. Ghaldaqstant, jekk is-sentenza tal-Magistrat tkun enuncjat f'dan is-sens l-ipotesi tal-ligi, dik l-enuncjazzjoni legali hi korretta; u jekk il-Magistrat, in bazighal dik l-enuncjazzjoni, ikun irritjena li mill-fatti ma jirrizultax li l-imputat kellu dik l-intenzjoni specifika, is-sentenza mhix appellabbli mill-Attorney General, ghax, l-apprezzament tal-fattimaghmul mill-Magistrat mhux sindakabbli mill-Qorti tal-Appell u l-kwistjoni legali giet enuncjata korrettament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info