Referenza: Volum 45E (1961), Parti Nru. 4, Taqsima 2, Paġna 1089

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/12/1961
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs PASQUALE DEBONO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"PROBATION" - AFFIDAVIT - ART. 106 TAL-KODICI KRIMINALI - ART. 9 TAL-ATT XII TAL-1957 - GURAMENT FALZ - TRAFFIKU
Fil-Qosor
Sabiex tinhareg licenzja parzjali ghal vetturi bil-mutur, il-Kummissarju tal-Pulizija jista` jitlobil-produzzjoni ta` dikjarazzjoni bil-gurament fis-sens indikat mill-ligi (art. 5(1) Police LicencesRegulations 1949, kif emendat bil-Legal Notice 12 tal-1960). Ghaldaqstant, malli l-Kummissarju tal-Pulizija jezercita d-diskrezzjoni tieghu fis-sens li jezigi dik id-dikjarazzjoni guramentata, allura"ipso facto" l-prestazzjoni ta` dak il-gurament tigi li tkun ordnata mill-ligi li tahtha l-Kummissarju jkun ezercitat d-diskrezzjoni tieghu. B'mod illi, jekk dik id-dikjarazzjoni ssir falzament, il-gurament falz jaqa` taht id-dispozizzjoni li tikkontempla l-kaz ta` gurament falz meta l-gurament humehtieg skond il-ligi, u mhux meta la hu mehtieg mil-ligi, u lanqas ma hu ordnat b'sentenza jew digriet tal-Qorti. Hu veru li l-"probation" hi mezz sabiex tigi milhuqa, fil-kazijiet opportuni, gustizzja redentiva u immaginattiva, imma ma ghadhiex tigi applikata indiskriminatament; u l-Qorti ghandha tqis tant in-natura tar-reat kemm il-karattru tal-hati, minghajr ma tinsa l-interess tal-kommunita` qabel kollox.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni