Referenza: Volum 38E (1955), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 93

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
ANGELICA RIPARD ET vs EMMANUELE ZAMMIT TABONA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
(ART.1703 (1) U 10036 TAL-KODICI CIVILI - ART.4 TAL-KAP 109 - BOARD TAL-KERA - LOKAZZJONI - RILOKAZZJONI - SULLOKAZZJONI
Fil-Qosor
Skond il-ligi, il-kerrej jista' jissulloka l-fond lilu mikri, meta dik il-fakolta' ma tkunx giet lilu mnehhija fil-kuntratt; u l-kuntratti ghandhom jigu ezegwiti "in buona fede", u jobligaw mhux bissghal dak li jinghad espressament fihom, imma wkoll ghall-konsegwenzi kollha li ggib maghha l-obligazzjoni skond ix-xorta taghhom, bl-ekwita' bl-uzu jew b'ligi. Ir-rikolazzjoni mhix hag'ohra hlief kontinwazzjoni tal-lokazzjoni originarja bl-istess pattijiet u kondizzjonijiet ta' qabel; u ghalhekk ir-relazzjonijiet bejn il-partijiet fir-rilokazzjoni jibqghu regolati kif originarjament konvenuti. Bl-Ordinanza XXI ta' l-1931 (Kap. 109) ma giet introotta ebda innovazzjoni ghal dik ix-xorta ta' rilokazzjoni; anzi mill-art. 4 ta' dik l-Ordinanza ghandhom jibqghu rispettati, u l-lokatur ma jistax ibiddilhom minn rajgh, izda biss bil-permess tal-Board tal-Kera. Ghaldaqstant, jekk wiehed assuma lokazzjoni qabel il-promulgazzjoni ta' dik l-Ordinanza ghal terminu li ghalaq wara dik il-promulgazzjoni, u l-fond baqa' ghandu b'titolu ta' rilokazzjoni bhal ma kellu l-fakolta' li jaghmel skond il-kuntratt tal-lokazzjoni originarja; u jekk huwa jissulllloka l-fond fil-kors tar-rikokazzjoni, ma jinkorrix fis-sanzjoni tad-dekadenza komminata mill-Ligi tal-Kera kontra min jissulloka l-fond minghajr il-kunsens tal-lokatur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni