eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: Volum 38E (1955), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 24
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
10/01/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
EMMANUELE CALLEJA vs CARMELO GRIMA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
"ANIMUS NCOENDI" - ART 1187 (1) KODICI CIVILI - AZZJONI PAWLJANA - DANNI - LOKAZZJONI - MANDAT TA` INIBIZZJONI - RETRATT
Fil-Qosor
L-azzjoni pawljana, jew revokatorja, hija moghtija lill-kredituri f'isimhom biex jattakkaw la-ttijiet maghmula b'qerq mid-debituri taghhom bi hsara tad-drittijiet taghhom. Din l-azzjoni hija akkordata bis lill-kredturi; ubiex wiehd ikkun kreditur, jehtieg li jkollu kredtu.Ghall-ezercizzju ta` dinl-azzjoni kemm bzonn taz-zewg elementi, L-"erentus damni" u l-"consilium fraudis", u, meta jkun jittratta minn att b'titolu onoruz, anki l-komplicita` tat-terz kontraent. Imma dan ir-rimedju ghandu jiftiehem moghti mhux biss lill-kredituri prekunjarji, imma ukoll lil kulhadd iehor li, meta jkun titolari ta` dritt valutabili pekunjarjament, isib ruhu defrawdut permezz ta` atti li jimpeduh, jekk majigux anullati, illi jara li jigu sodisfatti d-drittjiet tieghu. Il-kreditu ghandu jkun anterjurighall-att impunjat bi frode; imma din ir-regola tigi eskluza meta l-att frawdolent ikun gie maghmulghall-oggett preciz li jigu defrawdati l-kredituri futuri. Fil-kaz prezenti, attur kien ghamel attta` konvenju fejn obbliga ruhu li jbiegh fond u jikkonsenjah lil-kumpratur vojt u mhux mikri, u fl-istess hin zamm id-dritt tar-retratt konvenzjonali. Malli sar l-att definitiv tal-bejgh, huwa gharraf lix-xerrej li kien sejjer jezercita d-dritt tar-retratt konvenzjonali dak il-jum stess, kif fil-fatt ghamel. Ix-xerrej irrivendielu l-fond, imma wara li krieh lil haddiehor. gie ritenut li dak l-attur kien kreditur ghall-finijiet ta` l-azzjoni pawljana, u seta` ghalhekk jezercita dik l-azzjoni biex jimpunja l-lokazzjoni li saret tal-fond minnu rkuprat. L-Ewwel Qorti rriteniet li fil-kaz ma kienux jirrikorru l-elementi ta` l-azzjoni pawljana; izda l-Qorti ta` l-Appell irriteniet ilii l-kreditu ta` l-attur kien jezisti sa minn meta huwa zamm id-dritt tar-retratt konvenzjonali, u illi kienujirrikorru l-elementi ta` l-azzjoni pawljana minn ezercitata, illi d-dritt kreditorju tieghu kien jipprecedi l-att tal-lokazzjoni maghmula mix-xerrej li haddiehor, illi l-"eventus damni" kien jikkonsisti filli l-lokazzjoni kienet att fawdolent li kien jipprivah mil-libera disponibilita` tal-godimenttal-fond u mill- oppotunita` li jista` jiddisponi mill-fond, bhala "with vacant possession', bi prezz aktar konvenjenti, u illi dak l-att tal-lokazzjoni sa bi frode da parti tax-xerrej u bil-partecipazzjoni xjenti tat-terz li kien ha l-lokazzjoni; u ghalhekk is-sentenza ta` l-Ewwel Qorti gie revokata f'dan ir-rigward. L-"animus nocendi" mhux mehtieg biex tigi ezercita l-azzjoni revakatorja; immahawn bizzejjed li jkun hemm ix-xjenza u l-previzjoni li l-att sejjer ikun leziv ghall-kreditur. Jekk fl-ghemil ta` min jattjeni l-hrug ta` mandat ta` inibizzjoni ma jirrikorrix l-element tal-vessatorjeta`, min ottjena dak il-mandat mhux responsabbli ghad-danni li jista` jsofri min jissubixxi dak il-mandat.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta