Referenza: Volum 38E (1955), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 83

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
JOSEPH CALLEJA ET. vs HERBERT B.LITT LL.D
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"TRAFFIC CONTROL BOARD" - ART. 119 TAL-MOTOR CAR REGULATIONS - ART. 31 (F) TAL-LIGIJIET TAL-PULIZIJA (KAP. 13) - AVVIZ MILL-PULIZIJA NO. 120 TAS-27 TA' LULJU 1953 - KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA - NULLITA' - TRAFFIKU
Fil-Qosor
Ir-Regolamenti numru 4 mahrug bl-avviz tal-Pulizija no. 120 tas-27 ta' Lulju, 1953, li bis-sahha tieghu l-buses li jahdmu fuq il-linja tar-Rabat gew impediti milli jtellghu jew inizzlu passiggieri f'certi bnadi tal-vjagg taghhom, huwa null, ghax maghmul mill-Kummissarju tal-Pulizija in eccedenza tal-poteri statutorji li jawtorizzaw jaghmel regolamenti dwar it-traffiku; u ghalhekk huwa "ultra vires". Il-Kummissarju ma ghandux is-setgha jaghmel dak ir-Regolament taht l-art 119 tar-Regolamenti dwar Vetturi tal-Mutur; ghax dawk ir-Regolamenti ma jaghtux il-poter li jistabbilixxi l-linji li fuqhomghandhom jghaddu l-motor buses, u kwindi lanqas li jipprojbixxi lill-buses li jtellghu jew inizzlupassiggieri f'certi postijiet f'certi vjaggi - haga din li jista' jaghmilha biss it-"Traffic ControlBoard". U lanqas ma ghandu l-Kummissarju tal-Pulizija s-setgha li jaghmel dak ir-Regolament bis-sahha ta' l-art. 31 (f) tal-Kodici tal-Ligijiet tal-Pulizija. Ghax dak l-artikolu jikkontempla serjeta' kontraverzjonijiet bhala "substantial provision", imma mhux "enabling provision". Jigifieri illi dak l-artikolu 31 jirrendi hati ta' kontravvenzjonijiet lil min jaghmel certi fatti, fosthom dak ta' min jikser l-ordnijiet moghtija mill-Pulizija biex tirregola t-traffiku, kontemplat fl-inciz (f)ta' dak l-artikolu; imma jibqa' dejjem il-pppostulat ta' xi ligi, "enabling provision", li tahtha jinhargu dawk l-ordnijiet li l-ksur taghhom l-art 31 jeleva ghal kontravvenzjoni. L-art. 31(f) qieghed hemm biex jghid li min jikser ordni mahrug mill-Pulizija ghar-regolament tat-Traffiku jikkommettikontravenzjoni imma ma jmurx aktar 'l hemm biex jaghti lill-Pulizija s-setgha li tohrog dak l-ordni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni