Reference: Volume 38E (1955), Part No. 1, Section 1, Page 35

Judgement Details


Date
14/01/1955
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, GOUDER TANCRED, CAMILLERI ALBERT V.
Parties
BELTRAM CAMILLERI vs PAOLO PACE NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KORRUZZJONI - LIBELL - PERIT GUDIZZJARJU - TRANSAZZJONI - VERITA' TAL-FATTI
Summary
F'kawza ta' libell, biex tirnexxi l-eccezzjoni tal-verita' tal-fatti, il-konvenut ghandu l-obbligu jipprova li l-materja diffamatorja, li minnha jilmenta l-attur, hija kollha vera sostanzjalment. Izda mhux mehtieg li ssir il-prova ta' kull kelma kontenuta fil-materja libelluza; imma hu bizzejjed litigi pruvata l-attribuzzjoni principali maghmula lill-kwerelant, ossija l-"main charge", jew il-"gist" tal-libell. Kliem li ma jzid u ma jnaqqas xejn lil dik l-imputazzjoni mhux punibbli, anki jekkma jigix pruvat. Perit gudizzjarju huwa ufficjal tal-Qorti, li fl-espletazzjoni ta' l-inkariku tieghu ghandu jigi gwidat unikament mis-sens ta' dover, imparzjalita' u gustizzja; u ma fiha xejn jekk perit, "palam", bil-piena konjizzjoni tal-kontendenti kollha, jipproponilhom transazzjoni fl-interessrispettiv u bla ebda kumpens ghalih hlief dak li taghtin il-Qorti ghall-inkarigu lilu moghti minnhastess. Imma l-espett guridiku jitbiddel "toto caelo" meta dak il-perit, ad insaputa ta' parti wahdu, b'inkariku tal-parti l-ohra, jippjega lil dik ta' l-ewwel ghal transazzjoni biex jiehu parti mill-flus li l-parti li tkun segretament inkarigatu tottjeni bit-transazzjoni. Perit simili jkun qieghed "jinxtaru"; din hi korruzzjoni; u agir simili ta' dak il-perit huwa accettazzjoni ta' "bribe". Il-gravita' tikber meta l-parti li tkun avvantaggjat ruhhu bit-transazzjoni tkun bi hsiebha, anzi, iccedi l-kawza, u meta l-perit ikun ha konjizzjoni tal-provi kollha u jkun qieghed biex ilesti r-rapport tieghu. Fil-kaz prezenti, il-konvenut kien attribwixxu lill-attur illi, meta kien perit stralcjarju nominat mill-Qorti, kien accetta "bribe", u gie censurat mill-Qorti ghall-agir tieghu u ismu kiengie kancellat mill-ktieb tal-periti gudizzjarji. Il-Qorti ta' l-Appell, kuntrarjament ghal dak lirriteniet l-Ewwel Qorti, zammiet illi l-konvenut kwerelat, ladarba wasal biex jipprova l-attribuzzjoni maghmula lill-attur fis-sustanza taghha, kien hieles mir-responsabbilita', ghalkemm ma ppruvax certi dettalji li ma kienux izidu xejn ma' dik l-imputazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info