Referenza: Volum 47B (1963), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 170

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/03/1963
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ANGELA DEBONO vs ROSARIA FALZON ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ABITAZZJONI - INTERPRETAZZJONI - LEGAT - SUB-LEGAT - TESTMENT - UZU
Fil-Qosor
F'materja ta' nterpretazzjoni ta' testmenti l-Imhallef ghandu latitudni kbira ta' apprezzament; hu ghandu jistudja l-vera volonta' tat-testatur, u biex jikkonstataha, jikkonsulta l-kliem u l-ispirtu tad-dispozizzjoni testamentarja, billi jaghti prevalenza lill-ispirtu tad-dispozizzjoni testamentarja, billi jaghti prevalenza lill-ispirtu fuq il-kliem, jew jaghti l-prevalenza lill-kliem meta l-intenzjoni tat-testatur ma tkunx cara u thalli xi dubju. S'intendi, l-Imhallef ma ghandux, taht parvenzata' nterpretazzjoni, jikkrea volonta' ohra minflok dik interpretata, u lanqas jiznatura l-vera volonta' tat-testatur. Meta t-testatur ihalli legat, u lill-legatarju jordnalu jaghti xi haga lil terzapersuna jew jaghmel xi haga ghal dik it-terza persuna, ikun hemm legat onerus, u t-terz, bhala sublegatarju, ghandu d-drittijiet kollha li l-ligi tannetti lill-legati. Ordinarjament, dan is-sublegat, accessorju ghal-legat principali jaqa', bhal meta jmut il-legatarju u bil-mewt tieghu tavvera ruhha l-kaducita' tal-legat; imma dan ma ghandux jigi elevat bhala principju assolut; ghax ghandha tigindagata l-volonta' tat-testatur fil-kaz partikulari. Hekk, fil-kaz prezenti, it-testatatrici halliet dar bhala legat lill-bintha, bl-obligu illi jekk bintha ohra li allura kienet soru ma tkomplix tghix fil-hajja monasterjatika, bintha l-legetarja tkun obligata tehodha tikkoabita maghha f'dik id-darminghajr thallas ebda kera jew korrispettiv iehor; il-legatarja mietet qabel it-testatrici u l-legat waqa' bil-mewt taghha; imma gie deciz illi s-sublegat baqa' jissussisti favur is-sublegatarja, u l-fond legat gie dikjarat suggett ghall-uzu u abitazzjoni tas-sublegatarja tul hajjitha minghajr obligu li thallas kera jew korrispettiv iehor.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni