Reference: Volume 47B (1963), Part No. 1, Section 1, Page 70

Judgement Details


Date
15/02/1963
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
MARIA FELICIA CREMONA ET. vs GRAZIO DEBATTISTA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ACCESSJONI - ART. 360. 603. U 606(1) TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI RIVENDIKATORJA - MOTIVAZZJONI U DISPOZITTIV - SENTENZA
Summary
Ghalkemm fil-kaz ta' ambigwita jista' jkun lecitu li tirrikorri ghall-motivazzjoni biex tispjega l-portata tad-dispozittiv tas-sentenza, il-motivazzjoni ma tista' fl-ebda kaz tipprevalixxi u tissostitwixxi ruhha ghad-dispozittiv car li verament jifforma s-sentenza. Jekk, non ostante li fil-konsiderandi l-Qorti tkun iddikjarat li mhix sejra tezamina kwistjoni li tifforma oggett tad-domanda, fil-fatt, fid-dispozittiv dik it-talba tigi milqugha jew michuda, "din" tkun is-sentenza tal-Qorti, sakemmma tigix revokata jew annullata. Jekk, f'kaz ta' koncessjoni enfitewtika ta' bicca art ghall-bini,l-ispazju ta' art li ghandha tigi okkupata bil-formazzjoni tat-trieq fronteggjanti l-bini ma jigixtrasferit lill-koncessjonarju, dak l-ispazju ta' art jibqa' tal-koncedent, avvolja lill-koncessjonarju jigi mpost l-obligu tal-formazzjoni u manutenzjoni tat-trieq; u ma jistax jitqies li dak l-ispazju gie trasferit lill-koncessjonarju mplicitament bhala accessorju tas-sit espressament koncess ghall-bini. L-impozizzjoni ta' dak l-obligu li jaghmel it-trieq, bla ma b'daqshekk jisvesti lill-koncedent mid-drittijiet dominikali tieghu fuq dak l-ispazju. Konsegwentement, jekk il-koncessjonarju jizviluppa dak l-ispazju b'mod li jtalla' fuqu xi bini, dak il-bini jaccedi mal-art u jsir proprjeta' tal-koncedent bis-sahha tal-accessjoni; salva l-indennita' dovuta skond il-ligi lil min in bwona jedejkun bena fuq art ta' haddiehor. U jekk dak il-koncedent jittrasferixxi lill terza persuna dak is-sit bid-drittijiet kollha tieghu fuqu, l-akkwirent tal-istess sit jakkwista wkoll il-proprjeta' tal-bini li jkun sar fuqu, u jista' jirrivendikah kontra min ikkostruwieh bl-azzjoni rivendikatorja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info