Referenza: Volum 81 (1997), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 149

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/01/1997
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
CARMELA ARMLA MINN JOSEPH SAPIANO vs ANOTNIA MART VINCENZO FENECH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IL-KUNTRATT TA` DEPOZITU - RESPONSABBILITA' - SERQ TAL-HAGA DEPOZITATA
Fil-Qosor
Id-depozitu huwa kuntratt li bih wiehed jircievi l-haga ta` haddiehor, bl-obbligu li jikkonstodilhau li jroddha in natura. Dan il-kuntratt jigi konkluz immedjatament mal-kunsinna tal-haga lid-depozitarju u ghalhekk kull kondizzjoni li taffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-kontraenti trid tkun espressa u miftehma immedjatament malli l-partijiet jaghtu l-kunsens taghhom. Id-depozitarju huwa obbligat juza fil-kustodja ta` l-oggetti depozitati l-istess diligenza li huwa juza fil-kustodja ta` hwejgu. Dan il-principju huwa applikat b'akbar rigur meta d-depozitu huwa salarjat milli meta jkun maghmul gratwitament u fuq bazi ta` hbiberija. Filwaqt li f'kull kaz id-depozitarju jibqa` dejjem responsabbli ghad-doto u kulpa gravi li jipprovokaw mankanzi fil-kustodja ta` l-oggett fdat f'idejn id-depozitarju b'depozitu, jrid jinghata l-piz ukoll lill-ghazla li d-depozitant ikun ghamel tal-persunali lilha jkun iddecieda li jafda hwejgu. Dan ghaliex tali persuna hi biss tenuta li tuza dik id-diligenza li soltu tiehu hsieb ghal hwejjigha. Dan ifisser allura jekk id-depozitant jaghzel bhala depozitarju persuna notarjament traskurata ghal hwejjigha ma jistax jippretendi li tkun responsabbli ghall-oggett minnu fdat f'idejha bhala depozitu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni