Reference: Volume 33B (1949), Part No. 1, Section 1, Page 390

Judgement Details


Date
07/02/1949
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
P.L. ETTORE CARUANA SCICLUNA vs NEG. UGO PACE ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
LIBERAZZJONI "AB OBSERVANTIA" - LIKWIDAZZJONI - PERMUTA - RETRATT - RIVENDIZZJONI - SIMULAZZJONI - SPEJJEZ LEGITTIMI
Summary
Mhux vjetat li ssir kwalunkwe kontrattazzjoni bl-iskop li jigi evitat ir-retratt li hadd iehor ikollu d-dritt li jezercita fuq il-fond li jifforma l-oggett tal-kontrattazzjoni, purke' dik il-kontrattazzjoni tkun reali, u mhux simulata. Is-simulazzjoni tista' tigi pruvata mhux biss bi provi diretti,imma anki per mezz ta' indizji u kongetturi, purke' dawn ikunu fondati fuq fatti gravi, precizi u konkordanti. Fil-kaz gie ritenut li dawn l-indizji u kongetturi kienu jirrikorru; u l-permuta li saret biex jigi eluz l-irkupru giet dikjarata simulata. Huwa veru li r-retrattarju mhux obbligat jaghmel ir-rivendizzjoni qabel ma jigu lilu mhallsin, jew jigu depozitati, l-ispejjez kollha necessarji uutili li ghandu d-dritt ghar-rimborz taghhom; imma meta r-retraent jitlob il-kundanna tar-retrattarju biex jaghmel ir-rivendizzjoni, minghajr ma jkun hallas jew iddepozita dawk l-ispejjez, u minghajrma jaghmel it-talba ghal-likwidazzjoni ta' dawk l-ispejjez, ma hemmx lok ghall-liberazzjoni tar-retrattarju mill-osservanza tal-kawza dwar it-talba ghar-rivendizzjoni, imma hemm lok li tigi milqughadik it-talba bi prefissjoni ta' zmien ghar-rivendizzjoni, li jibda jghaddi minn meta r-retrattarju jkun ircieva l-hlas ta' dawk l-ispejjez jew ir-retraent ikun ghamel id-depozitu taghhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info