Reference: Volume 47E (1963), Part No. 3, Section , Page 1110

Judgement Details


Date
18/04/1963
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
ARTHUR GEORGE LAMBERT ET vs ANTHONY BUTTIGIEG PRO ET NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"LUCRUM CESSANS" - ART. 1074, 1075 (1), 1080, 1082 (1) 1088 (2), 1089 U 1093 TAL-KODICI CIVILI - ART. 782 (B), 790 (2) U 961 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - DANNI - EREDI - GRAD TA` RESPONSABBILITA` - INTERPRETAZZJONI U PREZUNZJONI LEGALI - KAPACITA` TA` MARA MIZZEWGA LI TOQGHOD F'KAWZA - KWAZI DELITT - NULLITA' - OBBLIGU KONTRATTWALI TAL-LUKANDIER - RESPONSABBILITA` SOLIDALI - RESPONSABILITA'
Summary
In-nuqqas ta` l-indikazzjoni espressa fil-kwalita` ta` eredi fl-att ta` citazzjoni ma tinnewtralizzax il-fatt li wiehed ikun effettivamnet tali. Huwa fil-htija kull min fl-eghmil tieghu ma juzax il-prudenza, id-dilgenza u l-hsieb ta` missier tajjeb tal-familja, u kull min ikun f'din il-htija, iwiegeb ghall-hsara li tigri b'din il-htija tieghu. In-nuqqas ta` prudenza jew diligenza ta` grad akbarminn l-ordinarja - dik ta` bonus pater familias - ma tirrendix lil min ikun hati ta` dan in-nuqqas korresponsabbli. Mhux lecitu li wiehed jistahba wara r-responsabbilita` ta` dak li jkun jidderigi x-xoghol, billi jghid li hu obda id-direzzjonijiet li gew lilu moghtija, meta jkun jaf li dik id-direzzjoni jew dak l-ordni mhux tajba u jistghu jkunu ta` periklu wisq serju. Ma hemm xejn inkompatibilibejn resposabbilita` kontrattwali u htija aquiliana. Jista` jkun hemm delitt jew kwazi delitt anke f'materja ta` obligazzjonijiet konvenzjonali. Id-dispozizzjonijiet li jirrendu persuna responsabbli tal-fatt ta` haddiehor, billi huma fondati fuq prezunzjoni legali ta` htija, ghandhom jircievu interpretazzjoni restrittiva; ghaliex il-prezunzjoni legali ta` htija, ghandhom jircievu interpetazzjoni restrittiva; ghaliex il-prezunzjonijiet legali, billi huma "di stretto diritto", ma jistghux jiguestizi minn kaz ghall-iehor. Jekk minhabba l-eghmil li jaghti lok ghad-danni xi hadd imut, il-Qorti tista`, flimkien mat-telf u spejjez attwali ikkagunati, taghti lill-werrieta tal-mejjet id-danni,bhal fil-kaz ta` nkapacita` totali ghal dejjem. Jekk il-bicca tal-hsara li kull wiehed ikun ikkaguna ma tkunx tista` tigi stabbilita`, min ikun bata l-hsara jista` jitlob il-hlas tal-hsara kollha minghand kull min irid minn dawk li jkun hadu sehem fiha, ukoll jekk ilkoll jew xi uhud minnhom ma kienux imxew dolozament, bla pregudizzju tal-jedd tal-konvenut li jdur kontra l-iehor jew l-ohrajn. Il-Qorti tista` tqassam fuq kull wiehed li jkun ha sehem fil-hsara s-somma mehtiega ghall-hlas ta` l-istess hsara, f'ishma ndaqs jew mhux indaqs skond ic-cirkostanzi, bla pregudizzju dejjem tal-jedd ta`dak li jbati l-hsara illi jitlob il-hlas tas-somma kollha minghand kull min irid minnhom, u dawn lejh ghandhom ilkoll jigu kkundannati "in solidum".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info