Reference: Volume 78 (1994), Part No. 2, Section 3, Page 306

Judgement Details


Date
12/08/1994
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE
Parties
CARMELINA SIVE LINA ARMLA TA' VICTOR CAMILLERI, VIOLET ARMLA TA' VICTOR PACE, GODFREY CASSAR TRIGONA U THOMAS DIMECH. vs PAUL MIFSUD U JOSEPH FILLETTI F'ISMU PROPRJU U GHAN-NOM TAD-DITTA "FIRM JOSEPH FILLETTI" U AVUKAT MARCO GRIXTI KURATUR DEPUTAT SABIEX JIRRAPREZENTA LILL-MEJJET JOSEPH FILLETTI U DAN B'DIGRIET TAT-3 TA' NOVEMBRU 1992, U ALFRED FILLETTI KURATUR DEPUTAT SABIEX JIRRAPREZENTA LILL-MEJJET JOSEPH FILLETTI SKOND DEGRIET TAL-31 TA' MEJJU, 1993 IN SOSTITUZZJONI TA' L-ISTESS AVUKAT MARCO GRIXTI.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ATTI GUDIZZJARJI - FORMULAZZJONI TA' - KOMPETENZA - LINGWA GURIDIKA - TITOLU - ZGUMBRAMENT
Summary
L-atturi agixxew quddiem il-Qorti fejn talbu kundanna ghall-izgumbrament tal-konvenut u ippremettewfl-avviz illi l-konvenut kien qed jokkupa l-fond "deo quo" minghajr titolu validu fil-Ligi. Fir-rappurtagg tas-sentenza, ir-redattur hass id-dover illi jissenjala kwazi fi kliemha ir-riflessjonijiettal-Qorti ta' l-Appell dwar l-istesura ta' l-Atti gudizzjarji fejn jintalab l-izgumbrament. Saru komunissimi l-kawzi li jimpustaw fuq il-kawzali "bla titolu" talbiet ghar-ripreza ta' pussess ta' fondjew ta' zgumbrament. Pero', guridikament bla titolu timporta okkupazzjoni ta' fond li mill-bidu nett ma kenits konsentita okkupazzjoni li tkun saret minghajr kunsens, abbuzivament bi vjolenza, b'arbitrarju jew klandestinament, liema illegalita', pperdurat sal-mument li tkun giet proposta l-kawza."Bla titolu" ma tfissirx bhala kawzali xi kwalita' ta' titolu li seta kien hemm, imma issa, wahda mill-partijiet tirritjeni li ma ghadhiex jissussisti, u ghalhekk ikun hemm bzonn dikjarazzjoni gudizzjarja li t-titolu li kien hemm intilef, spicca jew b'xi mod iehor m'ghadux validu, minhabba ragunijiet ta' zmien, morozita', nonosservanza tal-kundizzjonijiet tat-titolu u simili. Anki l-prekarju huwa titolu - artikolu 1839-1841 Kap 16 - proprju ghaliex l-okkupazzjoni inizjali tkun legittima ghaliex bil-kunsens tas-sid. Meta quddiem xi Qorti ma' l-ewwel provi jirrizulta "prima facie" li fis-sensfuq imsemmi, il-kawzali bla titolu ma jkollhiex ir-rekwiziti imsemmija, il-Qorti fuq dik il-premessama jkollhiex aktar kompetenza biex tkompli l-kawza li t-talba tkun ir-ripreza tal-pussess tal-fondu ghas-setgha u dan minhabba l-ligijiet specjali li jezistu kif ukoll ghaliex dik il-kawzali wahedhahija limitativa ghall-azzjoni. Fic-cirkostanzi, il-Qorti ta' l-Appell ikkonfermat is-sentenza ta'l-ewwel Qorti u dekklinat il-kompetenza. Is-sentenza hija wkoll studju tar-relazzjonijiet bejn il-lingwa, id-Dritt u n-nozzjonijiet guridici fid-dinamika ta' l-ordinament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info