Reference: Volume 78 (1994), Part No. 5, Section 1, Page 194

Judgement Details


Date
11/01/1994
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V., MIFSUD BONNICI GIUSEPPE
Parties
IR-REPUBBLIKA TA` MALTA vs MICHAEL BONNICI U JOSEPH AZZOPARDI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"EDITING" - ATT TA' AKKUZA - IMSEPARABILITA` NATURALI U GURIDIKA - KONKORS TA` REATI - OMICIDJU - SERQ AGGRAVAT BL-OMICIDJU - STQARRIJIET TA' L-AKKUZAT - STQARRIJIET TA` AKKUZAT
Summary
Att uniku jista` jaghti lok ghall-ksur ta` aktar minn disposizzjoni wahda tal-ligi. L-Avukat Generali m'ghandu ebda obbligu fil-ligi li jaghti akkuzi f'kapi alternattivi minflok f'kapi separati jekkhuwa jhoss li l-ezistenza taz-zewg reati m'hijiex kontradittorja. Id-dottrina u l-prattika kostantital-Qrati taghna fil-materja ta` reat uniku tindika illi fejn si tratta ta` "un solo e medesimo fatto", cjoe` att wiehed li jkun jirrizulta mil-istess intenzjoni kriminuza, liema att jinvolvi aktar minn dispozizzjoni wahda tal-ligi, ikun hemm l-unicita` tar-reati, cjoe` jkun hemm reat wiehed, dak magguri, salv pero` illi trid tirrizulta` necessajament dik li hija msejha bhala l-inseparabilita` naturali u guridika bjen iz-zewg reati. F'dan il-kuntest mhux intiz biss il-fatt storiku jew naturali, fid-diversi mumenti tieghu imma l-fatt guridiku fil-kumpless tieghu. Mhux kull qtil volontarju jew offiza fuq il-persuna, jew sekwestru, li jsir qabel jew waqt jew minufih wara s-serq bilfors jikkostitwixxi aggravju tas-serq. Ghalkemm l-Avukat Generali, ghal dak li huwa l-Att ta` Akkuza huwa marbut bil-parti akkuzatorja tieghu, m'huwiex marbut ghal dk li hija precizjoni tal-fatti kif huwa jiddeskrivihom fid-diversi Kapi ta` l-Att ta` Akkuza, fis-sens li jekk il-fatti jirrizultaw differenti,ma jfissirx li awtomatikament taqa` l-akkuza. F'dan il-kaz il-Qorti ordnat li mill-istqarrija jewstqarriji ta` koakkuzat, kwantu jirrigwarda l-gurati, ghandha tinqata` kull referenza li tista` tkunta` pregudizzju ghall-koakkuzat l-iehor.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info