Reference: Volume 78 (1994), Part No. 2, Section 3, Page 319

Judgement Details


Date
28/10/1994
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
ANGELO ATTARD vs GIANMARI' ATTARD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"RATIONE MATERIAE" - BORD LI JIRREGOLA T-TIGDID TAL-KIRI TAR-RABA' - KOMPETENZA - KOMPETENZA TA` - QRATI ORDINARJI
Summary
L-attur agixxa quddiem il-Qorti tal-Magistrat ghall-izgumbrament tal-konvenut minn ghalqa. Il-konvenut eccepixxa l-inkompetenza ghaliex allega titolu ta' sullokazzjoni. Il-kwistjoni procedurali kienet jekk la darba gie deciz illi l-kompetenza kienet ta' Tribunal Specjali bhal ma huwa l-Bord li Jirregola t-Tigdid tal-Kiri tar-Raba', ghandux dak it-Tribunal Specjali jiddermina n-natura tal-kirja ujekk din taqax fil-kompetenza tieghu jew ghabdhiex tigi eskluza minnha. Il-Qorti ta' l-Appell SedeInferjuri kif ippresjeduta hadet il-linja illi l-iter processwali korrett kien illi t-tribunal ordinarju, eccepit li kellu jigi adit tribunal b'kompetenza specjali, jiehu konjizzjoni tal-provi sabiexjistabbilixxi jekk dawn kenux tali li jinkwadraw il-mertu fil-kompetenza ordinarja tieghu bhala Qorti ordinarja u meta din irrizultalha li dan ma kienx il-kaz iddikjarat l-inkompetenza taghha bhala Qorti ordinarja u ddikjarat li t-tribunal specjali kien il-foro kompetenti. Giet segwita d-direzzjoni tal-qorti ta' l-Appell sede superjuri li l-Qorti ordinarja ma ghandiex tillimita ruhha tiddikjaral-kompetenza jew le taghha, imma ezaminata il-fattispece, tistabbilixxi l-ezistenza tat-titolu u lidak jaqa' fil-kompetenza tat-Tribunali Specjali. Sinifikativa r-riflessjoni li l-Qorti ta' kompetenza ordinarja ghandha kompetenza biex tiddecidi kull materja ta' natura civili sakemm din ma tkunx giet vestita fi tribunal specjali b'legislazzjoni ad hoc. Il-Qorti Civili hi wkoll kompetenti biex tiggudika jekk materja taqax jew le fil-kompetenza ta' Tribunal ta' gurisdizzjoni specjali. Il-Qortita' l-Appell sabet illi investiet il-kwistjoni ta' l-uzu u d-destinazzjoni tal-fond u kkonkludiet illi kien agrikolu. Iddeterminat illi kien hemm titolu favur il-konvenut u kien tali li jeradika l-kompetenza tal-Bord li Jirrregola t-Tigdid tal-Kiri tar-Raba'. Kien jispetta lil dan il-Bord jiddecidi jekk dan it-titolu setax jew le jigi tterminat. Giet irrevokata ghalhekk is-sentenza ta' l-ewwelQorti u milqugha l-eccezzjoni ta' l-inkompetenza "ratione materiae".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info