Referenza: Volum 72 (1988), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 26

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/06/1988
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
ROSE ANNE GALEA vs L-ONOREVOLI PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TA' INKJESTA - DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - IMPARZJALITA' TA' - INDIPENDENZA TA' BORD TA' DIXXIPLINA - KUMMISSJONI GHAS-SERVIZZ PUBBLIKU - RIMEDJU GHAL DISKRIMINAZZJONI - SMIGH XIERAQ - VJOLAZZJONI TA'
Fil-Qosor
Il-fatti taw lok ghal dan il-kaz kienu s-segwenti: fil-21 ta' Lulju, 1987 gie kompost Bord ta' Inkjesta biex jigu investigati allegazzjonijiet dwar il-kondotta tar-rikorrenti, administrative nurse fl-Isptar Craig, Ghawdex. Bhala rizultat gie deciz li ghandhom jittiehdu passi dixxiplinarji kontra taghha u giet moghtija ghaxart ijiem zmien biex tiddikjara bil-miktub x'ragunijiet ghandha biex tiskolpa ruhha. Ir-rikorrenti giet infurmata li l-ewwel seduta tal-Bord ta' Dixxiplina kellha tinzamm fit-28 ta' Dicembru, 1987. Ir-rikorrenti allegat li gew ivvjolati fil-konfront taghha d-drittijiet fundamentali taghha billi l-imsemmi Bord ta' l-Inkjesta la kien indipendenti u lanqas imparzjali u matax lir-rikorrenti smigh gust. Inoltre allegat li d-domandi li sarulha mill-Bord setghu jinkriminawha u dawn sarulha minghajr ma hija giet infurmata bid-dritt li kellha f'tali cirkostanzi li taghzelli ma tixhidx. Allegat ukoll li saret fil-konfront taghha diskriminazzjoni politika. Ghalhekk talbet li l-proceduri, decizjonijiet u konkluzjonijiet tal-Bord ta' Inkjesta jigu annullati u li tinibixxi lill-intimati milli jissoktaw jiehdu proceduri kontra taghha. Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili ddecidiet billi ddeklinat li tezercita l-gurisdizzjoni taghha billi r-rikorrenti kellha rimedji ohra disponibbli ghaliha u ghalhekk waqfet milli tiehu konjizzjoni tar-rikors, spejjez bla taxxa. Ir-rikorrenti appellat u l-intimati appellaw incidentalment mill-kap ta' l-ispejjez. Il-Qorti Kostituzzjonali cahdet l-appell incidentali, laqghet l-appell principali, irrevokat, iddikjarat li ma kinux disponibbili ghall-appellanti mezzi ohrajn xierqa, u rrinvijat lill-Prim' Awla tiddelibera l-mertu. Il-funzjoni tal-Bord tad-Dixxiplina hija li jistharreg il-kaz u jaghti l-konkluzzjonijiet tieghu lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Il-fatt li l-Bord seta' jinjora l-konkluzzjonijiet tal-Bord ta'l-Inkjesta ma jfissirx li b'daqshekk qieghed jigi prekluz milli jikkunsidrahom, mentri l-iskop tal-kawza kien li l-Bord tad-Dixxiplina ma jkunx jista' jikkunsidra dawn, ghax dawn jigu annullati ghar-ragunijiet allegati.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni