Referenza: Volum 80 (1996), Parti Nru. 4, Taqsima 2, Paġna 241

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/07/1996
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GEORGE GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DENUNZJA - HOLQIEN TA' REAT
Fil-Qosor
Il-formalita' tal-kitba dwar il-fatti ddenunzjati (artikolu 537) hija ovvjament diretta biex jigi evitat kull ekwivoku dwar il-fatti ddenunzjati, u biex tigi assikurata l-fidatezza u l-attendibilita'tad-denunzja. Effettivament, meta l-Pulizija Esekuttiva tircievi d- denunzja, hija ghandha tipprocedi billi tgharraf lill-Magistrat Inkwirent biex dan jinvestiga r-reat iddenunzjat (artikolu 540 mal-Kodici Kriminali). Kjarament, il-ligi trid li din il-procedura u investigazzjoni ma jigux maghmulinfuq denunzja verbali li tista' tkun suggetta ghal inezattezzi u malinitizi dwar ir-reati u l-fattiddenunzjati. Ghalhekk il-ligi tippreskrivi l-formalita' li ghandha tigi osservata fl-ghemil tad-denunzja lill-pulizija. Ma jistax ikun hemm dubbju li l-formalita' tad-denunzja mhix diretta biex tassigura l-impunita' ta' min jaghmel denunzja li jaf li tkun falza, u li minkejja n-nuqqas ta' formalita' taghha, tisvija lill-pulizija bi skapitu ta' l-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja. Dan huwa precizament il-pregudizzju li l-ligi ovvjament trid tipprevjeni bl-artikolu 110 (2) tal-Kodici Kriminali. Ghalhekk fit-termini ta' dan l-artikolu mhix mehtiega l-formalita' fid-denunzja lill-Pulizija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni