Referenza: Volum 74 (1990), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 283

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/12/1990
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
FRANCIS ZAMMIT DIMECH NOE ET vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI - AZZJONI PERSONALI - DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - KARIGA - KSUR TA' - RESPONSABBILITA' GHALL-
Fil-Qosor
L-intimat kien irrofta l-permess ghad-dimostrazzjoni biex issir protesta kontra l-falliment tas-sistema edukattiva Maltija bil-pretest li l-General Workers' Union kienet se taghmel dimostrazzjoni ohrafil-Belt Valletta u li l-permess kienu talbuh qabel l-esponenti. Din il-pretiza dimostrazzjoni tal-General Workers' Union ma giet imsemmija qatt fost il-festeggjamenti tal-Union. Wara dan l-ewwelrifjut ta' l-intimat l-esponenti talbu permess iehor ghal dimostrazzjoni li minhabba "heavy police commitments" l-intmat rega' cahadilhom. L-appellant sostna li l-ewwel Qorti kellha taghmel distinzjoni bejn l-intimat prezenti f'din il-kawza li huwa biss successur fil-kariga ta' Kummissarju tal-Pulizija u l-intimat originali li kien responsabbli ghall-vjolazzjoni tad-drittijiet tar-rikorrent. Il-Qorti Kostituzzjonali ma qablitx ma' din is-sottomissjoni ta' l-appellant ghaliex l-azzjoni sa mill-bidunett kienet diretta kontra l-Kummissarju tal-Pulizija bhala kariga u mhux il-Kummissarju ta' dakiz-zmien personalment. Barra minn hekk din l-azzjoni hi wahda ta' dritt pubbliku li fiha l-konvenut huwa l-Istat. Ghaldaqstant il-Qorti Kostituzzjonali cahdet l-appell tal-kummissarju tal-Pulizija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni