Reference: Volume 74 (1990), Part No. 1, Section , Page 127

Judgement Details


Date
10/07/1990
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A., HARDING HUGH
Parties
CARMEL MIFSUD ET vs L-ONOREVOLI PRIM MINISTRU TA' MALTA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARREST - BAIL ECCESSIV - DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - INTERESS - KONVENZJONI EWROPEJA - KOSTITUZZJONI - KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA - LEGITTIMU KONTRADITTUR - LIBERTA' PERSONALI - LIBERTA' PROVVIZORJA - MINISTRU TA' L-INTERN - PRIM' MINISTRU
Summary
Ir-rikorrenti pprezentaw rikors quddiem il-Prim' Awla tal-Qorti Civili billi allegaw ksur fil-konfront taghhom tad-dritt fundamentali taghhom tal-Liberta' personali. Huma kienu jinsabu taht arrest pendenti process kriminali kontra taghhom: il-Qorti tal-Magistrati kienet ikkonceditilhom il-liberta'provvizorja taht kondizzjoni, fost hwejjeg ohra, li jaghmlu depozitu ta' Lm10,000 u Lm5,000. Ir-rikorrenti ma kienux fil-qaghda finanzjarja li jaghmlu dan u b'hekk allegaw li gew miksura fil-konfronttaghhom id-drittijiet fundamentali ghal-liberta' personali. Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili ddecidiet billi ddikjarat il-Prim' Ministru u l-Ministru ta' l-Intern mhux legittimi kontraditturi f'kawzabhal dina u b'hekk lliberathom mill-osservanza tal-gudizzju, iddikjarat il-Kummissarju tal-Pulizijalegittimu kontradittur, u ddisponiet mill-meritu billi cahdet it-talbiet tar-rikkorrenti. Ir-rikorrenti appellaw in via principali u l-intimat incidentalment. Il-Qorti Kostituzzjonali laqghet l-appell tar-rikorrenti billi ddikjarat il-Prim' Ministru legittimu kontradittur fil-kawza, ikkonfermat l-ewwel sentenza in kwantu din iddikjarat il-Kummissarju tal-Pulizija legittimu kontradittur, astjenatmilli tiehu konjizzjoni ta' l-appell fil-konfront ta' Anthony Grech billi dan fil-frattemp kien kiseb il-liberta' provizzrja, u fil-meritu rriformat is-sentenza billi dderigiet lill-Qorti tal-Magistrati tiddisponi mill-kwistjoni tal-dderigiet lill-Qorti tal-Magistrati tiddisponi mill-kwistjoni tal-liberta' provvizorja skond il-principji elenkati fl-istess sentenza. Il-Prim' Ministru huwa legittimu kontradittur f'kawza simili billi huwa ghandu vestit fil-persuna tieghu r-rapprezentanza generalital-Gvern ta' Malta. Il-Kummissarju tal-Pulizija kien ukoll legittimu kontraditur billi l-kawza kontra l-imputat kienet tmexxiet f'ismu. Il-Qorti fil-meritu osservat li l-liberta' personali trid tinghata taht kondizzjonijiet li ma jkunux tant oneruzi ghall-imputat li jaghmilha impossibli ghalih li jiksibha. Fil-kaz prezenti ma kienu hemm ebda element ta' abbuz ghaliex l-ebda provi ma kienu ngiebu quddiem il-Qorti tal-Magistrati dwar il-mezzi ta' l-imputati. Ghalhekk il-Qorti Kostituzzjonali dehrilha li kien xieraq li dik il-Qorti terga' tiddecidi l-kwistjoni wara li tiehu konjizzjoni ta'dawn il-provi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info