Referenza: 1469/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/06/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
ELLUL NOEL NOE vs APPS JOSEPH NOE ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ASSIKURAZZJONI, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-IMGHAX FUQ SOMMA IMHALLSA MILL-ASSIKURAZZJONI LILL-ASSIKURAT TAGHHA - DANNI, NECESSITA` TA` SURROGA SABIEX JIGU RKUPRATI SURVEY FEES IMHALLSA - KUNTRATT, RESPONSABILITA` TAD-DEBITUR GHAT-TWETTIEQ TAL-OBBLIGI ASSUNTI MINNU - REGOLAMENTI TAL-PORT, EZENZJONI MINN RESPONSABILITA`
Fil-Qosor
Debitur huwa dejjem responsabbli ghall-obbligazzjonijiet minnu assunti, sakemm ma jipprovax li ma setax iwettaqhom minhabba forza maggura jew kawza estranea, b'mod li jibqa' dejjem responsabbli jekk obbligazzjoni ma tigix sodisfatta minhabba xi nuqqasijiet tieghu jew ta terzi persuni.

Fil-kuntest ta' l-applikabbilita' o meno ta' l-artikolu 70 (3) tal-Part V tal-Port Regulations din il-klawsola ma tezonarax lid-depozitarju mir-responsabbilta' ghall-hsarat meta l-hwejjeg depozitati ikunu taht idejh.

Izda azzjoni maghmula minn kumpannija tal-assikurazzjoni bazata fuq is-surroga inkonsegwenza ta' ammont imhallas fuq claim maghmul a bazi ta` polza tal-assikurazzjoni ma tinkludix survey fees jekk ma tkun tezisti ebda surroga fir-rigward.

Interessi fuq somma mhallsa minn asikurazzjoni lill-assikurat taghha jibdew jiddekorru minn dakinhar li d-ditta misjuba responsabbli ghall-hsarat tkun giet avzata bil-hlas da parti ta' l-assikurazzjoni. Fin-nuqqas ta' tali avviz, l-imghaxijiet jibdew jiddekorru min-notifika tac-citazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni