Referenza: 144/2015

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/03/2016
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GRIMA EDWINA
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GRECH JUANITA
ECLI
ECLI:MT:AKI:2016:99648
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Dan kien kaz dwar allegata prostittuzzjoni. Il-Qort ikkunsidrat il-fatt illi l-appellanti giet osservata ghal hin ripetut fl-istess post, ghalkemm giet imwissija biex titlaq, u l-mod kif kienet liebsa. L-ebda moviment iehor jew azzjoni da parti ta'l-appellanti ma sehh biex jitfa' xi dawl fuq din il-vicenda. Issa in kwantu ghal mod kif kienet liebsa l-appellanti, ma jidhirx illi gie allegat li dinkienet liebsa oxxen jew b'xi mod provokattiv. Jinghad mill-uffcijali tal-pulizija li din kienet liebsa flokk iswed u leggings vjola. L-ebda fattur iehor ma gie osservat dwar l-abbiljament taghha bhalper ezempju kenitx liebsa skullat, jekk kellhiex xi ammont esagerat ta' make-up, jekk kenitx qed taghmel xi mossi provokattivi jew suggesstivi bl-iskop li thajjar lil xi persuna jieqaf hdejha, fost ohrajn. Allura il-Qorti qieset illi ghalkemm seta' nibet is-suspett fl-ufficjali tal-pulizija dwar l-intenzjoni kriminuza ta'l-appellanti f'dik il-lejla, madanakollu din kienet biss assunzjoni da partitaghhom minghajr provi ohra li setghu iwasslu sabiex tigi stabbilita l-intenzjoni kriminuza li twassal ghal sejbien ta' htija. Ghalhekk il-fatt materjali wahdu illi hija giet osservata fl-istess postfi triq pubblika ghal darbtejn f'temp ta' siegha fil-hin ta' bil-lejl, minghajr ebda prova ohra li tista tindika l-intenzjoni ta'l-appellanti ma hijiex sufficjenti sabiex tirnexxi l-akkuza u fic-cirkustanzi s-sentenza appellata giet revokata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni