Referenza: 333/2014

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/03/2016
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MIZZI ANTONIO
Partijiet
IL-PULIZIJA vs SAMMUT FERNANDO
ECLI
ECLI:MT:AKI:2016:99617
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Illi dan kien appell dwar zball fil-proceduri. Illi mill-atti tal-kawza kien jirrizulta car li l-ewwel Qorti ghaddiet ghas-sentenza minghajr ma semghet il-provi kollha tal-Prosekuzzjoni. Lanqas ma staqsiet lid-difiza jekk kellhiex xi provi xi tressaq. Irrizulta car li kien hemm zball car fil-verbaltas-seduta tat-8 ta' April, 2014. Fil-fatt, irrizulta li x-xhieda ta' Stefan Ferriggi giet sospiza.Ma kien hemm ebda verbal li l-prosekuzzjoni ghalqet il-provi taghha jew li d-difiza rrinunzjat li tressaq il-provi taghha jew li ghalqet il-provi taghha. Irrizulta verbatim:
"Il-kawza differita ghas-17 ta' Lulju, 2014 ghan-nota tal-partijiet u ghas-sentenza jekk ikun il-kaz."
Illi s-sentenzameritu ta' dan il-kaz giet pronunzjata fis-17 ta' Lulju, 2014.
Illi in vista ta' dan kien carli hadd mill-partijiet ma ressaq il-provi kollha tieghu. Lanqas ma kien hemm il-verbal li jindikali nghalaq is-smiegh tal-kawza.
Illi f'dan il-kaz kien car li ma kienitx kwistjoni ta' nuqqas ta' 'doppio esame' izda ta' sitwazzjoni fejn hadd mill-partijiet ma ezawrixxa l-provi tieghu u fic-cirkostanzi d-decizjoni giet revokata u l-atti intbaghtu lura ghall-kontinwazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni