Referenza: 103/2008/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/01/2016
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI SILVIO, MALLIA TONIO, AZZOPARDI JOSEPH
Partijiet
ZAMMIT EDWIN ET vs CASHA SAVIOUR ET
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2016:98773
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Din kienet kawza dwar allegati danni min ko-proprjetarji. L-appellanti qalu li kien impossibbli ghalihom li jiccitaw is-sidien kollha tal-fond in kwistjoni ghaliex dawn huma cirka mitejn u huma ma kienux f'pozizzjoni li jkunu jafu min huma u fejn joqghodu.
Il-Qorti fehmet li f'cirkostanzi simili, il-kompitu ta' min irid jintavola kawza li jkun jaf min huma s-sidien kollha tal-proprjeta` li jkun qed jikri u l-post tar-residenza taghhom huwa difficli hafna. Dan naturalment ma jezentax lill-attur mill-obligu li l-kawza jipproponiha sew u kif ghandu jkun. F'dan il-kaz pero` l-konvenuti fil-waqt li eccepew in-nuqqas ta' integrita` tal-gudizzju, naqsu li huma stess jindikaw il-persuni li kellhom jigu msejjha maghhom fil-kawza. F'dak l-istadju setghet issir it-talba biex jissejjhu fil-kawza il-persuni kollha msemmija, jekk kien hemm effettivament il-bzonn li dan isir. Naturalment xorta jkunjinkombi fuq l-atturi illi jinnotifikaw dawk il-persuni. Jidher mill-atti li l-appellanti kienu jafu biss bil-persuni konvenuti f'din il-kawza ghax maghhom kien hemm kuntatt. Ma kien hemm ebda mod kif ikunu jafu bl-ismijiet tas-sidien kollha fin-nuqqas tal-konvenuti li jidentifikawhom.Il-Qorti irrinvjat l-atti quddiem l-Ewwel Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni