Reference: 145/2013

Judgement Details


Date
20/01/2016
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GRIMA EDWINA
Parties
IL-PULIZIJA vs VASSALLO VICTORIA
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Illi dan kien kaz dwar customization tal-mudelli immanifatturati taht l-isem “playmobil”
li kienpermess mis-socjeta Germaniza stess u cioe' mis-sid legittimu ta' dina il-marka.
Tant hu hekk illi isiru diversi kompetizzjonijiet bejn dilettanti ta' dan il-passatemp
fejn il-mudelli “rimodellati” jew customized sahansitra jigu jiswew flejjes
kbar, x'aktarx billi ikunu unici u ukoll jenhtiegu kapacita u sengha fihom infushom
biex jigu immuntati. Illi dan ifisser allura illi l-appellata fl-ebda mument ma
iffalsifikat skond l-artikolu 298 tal-Kap 9 xi isem, marka, sinjal ta' xi xoghol tal-mohh jew ta' xi prodott iehor. Illi
wisq inqas imbaghad kien hemm provi illi hija ghamletxi uzu xjenti minn dawn il-marki,
sinjali jew ismijiet hekk iffalsifikati billi il-marka uzata minnha certament fl-ebda
mod ma giet iffalsifikata bhal per ezempju meta jinxtara xi flokk allegatament b'isem
ta' ditta fuqu li ma ikunx fl-original tieghu izda biss imxebbah b'qerq ma'l-istess.
Hawnhekk si tratta ta' pupi originali mahruga mid-ditta Playmobil li l-appellata tkun
xtrat b'mod legittimu u wara tbieghhom b'montatura b'tema differenti minn dak li
jinhargu mill-kumpanijaizda tindika illi dawn huma prodotti “second hand” u li
huma “customized”, fid-deskrizzjoni li hija taghti tal-prodott meta itellaghhom fuq is-sit
tal-ebay ghal bejgh. Illi il-Qorti ghaldaqstant sabet li dina d-disposizzjoni tal-ligi certament ma kienet
tinkwadrax ruhha taht il-fattispecjeta' dana il-kaz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info