Reference: 115/2015

Judgement Details


Date
06/01/2016
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GRIMA EDWINA
Parties
IL-PULIZIJA vs GRIXTI CATHERINE
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
INGURJA
Summary
Illi l-artikolu 95 jitkellem dwar l-ingurja jew theddid fil-konfront ta'l-ufficjal pubbliku. Illi ghalhekk l-element materjal ta' dana r-reat huwa l-ingurja jew it-theddid, intenzjonat biex inaqqas il-gieh u ir-reputazzjoni tal-persuna lejn min huma diretti. Illi l-vittma ta' dana ir-reat jista' ikun biss l-ufficjal pubbliku u l-ingurja jew it-theddida trid issir jew (1)filwaqt illi ikun qed jaghmel servizz pubbliku (2)jew inkella minhabba li ikun ghamel dana is-servizz pubbliku, (3)jew bil-hsieb li ibezzghu jew jinfluwixxi fuqu kontra l-ligi fl-esekuzzjoni ta' dak is-servizz. Illi l-awturi jaghmlu distinzjoni bejn il-mottiv wara l-ingurja jew it-theddid fl-ewwel istanza u dana il-mottiv fit-tieni u it-tielet istanza imsemmija fil-ligi. Dana billi meta l-oltragg isir fil-mument illi l-ufficjal pubbliku ikun qieghed jaghti is-servizz ma huwiex necessarju illi l-ingurja jew it-theddida tkun marbuta mal-funzjoni illi huwa ikun qieghed jezercita. L-awturi Cheveau et Helie, li isemmi il-Professur Mamo fin-notamenti tieghu, ighidu:
“Quando l'oltraggio si verifica nel corso delle funzioni, il-motivo che lo determina e' indifferente; la legge vede soltando il turbamento, l'ingiuria fatta all'esercizio delle funzioni, l'insulto che degrada la loro dignita'; avesse pure quest'ingiuriauna causa determinante estranea alle funzioni, il turbamento all'esercizio di esse sussisterebbe sempre.”
Kuntrarjament fiz-zewg istanzi l-ohra irid ikun jigi ippruvat nexus bejn l-oltragg u il-qadi tal-funzjoni pubblika.
Illi kien fatt inkontestat illi l-ingurja li saret f'dan il-kaz mill-appellanti fil-konfront ta' membri tal-korp tal-pulizija kienet marbuta direttament mal-ezekuzzjoni tad-dmirijiet taghhom jew minhabba li dehrilha li l-pulizija ma kenitx qed taqdi dmirha kif suppost.Dan sar fil-pubbliku, quddiem genituri ohra u allura sehh dak it-turbament u it-tkasbir tad-dinjita'tal-pulizija li ikun qed jaqdi dmiru. Huwa dan li kellha intenzjoni taghmel l-appellanti minghajr l-icken dubbju. Issa l-mottiv li wassalha sabiex tindirizza dan il-kliem ingurjuz huwa ghal kollox immaterjali. Seta' kellha ragun l-appellanti fl-indinjazzjoni li kienet qed thoss f'dak il-mument billi derhilha li l-pulizija ma kienx qed joffri is-sigurta mehtiega ghat-tfal ta'l-iskola, madanakolludawn l-emozzjonijiet u hsibijiet qatt ma jistghu jiggustifikaw l-agir taghha. Illi s-sentenza appellate giet konfermata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info