Reference: 976/2000/1

Judgement Details


Date
31/05/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
ARRIGO NOEL V.
Parties
BORG ST JOHN WALTER vs BORG ST JOHN CHRISTINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANTENIMENT, NEMO AD IMPOSSIBILIA TENETUR - MANTENIMENT, VARJAZZJONI TA` MANTENIMENT BONARJAMENT KONVENUT - SEPARAZZJONI PERSONALI, TLIET GHAMLIET TA` OBBLIGAZZJONIJIET F`KUNTRATTI TA`
Summary
Il-kuntratti ta' separazzjoni konsenswali huma kuntratti partikolari u normalment jittrattaw tlett tipi ta' obbligazzjonijiet - dawk purament personali, dawk purament proprietarji, u dawk misti. Fl-obbligazzjonijiet purament personali bhal ma hija l-kwistjoni tal-kura u kustodja tal-minuri ma hemmxdubbju illi, anke fl-interess suprem tal-minuri, il-Qorti tista' fi kwalunkwe hin tbiddel anke dakpattwit mill-partijiet fejn ic-cirkostanzi hekk jirrikjedu. Ghall-kuntrarju, per ezempju, fil-likwidazzjoni u assenjazzjoni reciproka tal-komunjoni ta' l-akkwisti l-Qorti hija totalment marbuta bil-kunsens tal-partijiet u dak deciz minnhom ma jistax jigi varjat ikunu x'ikunu c-cirkostanzi li jinqalghu. Il-pagament ta' l-alimenti u mill-1993 id-decizjoni dwar id-dar konjugali jappartjenu minn dawk l-obbligazzjonijiet li ghandhom natura mista peress illi hemm l-elementi tal-personali u tal-parafernali. Hu ghalhekk illi f'kazijiet fejn din il-materja tkun giet deciza mill-Qorti stess il-ligi tipprovdi illi fuq talba ta' xi wahda mill-partijiet f'kaz ta' tibdil fic-cirkostanzi l-Qorti tista'tordna li l-manteniment ordnat jinbidel jew tbiddel dawk il-provvedimenti fir-rigward tad-dar matrimonjali (Artikolu 54 (7) u 55 A (2) tal-Kodici Civili, Kapitolu 16).

Id-dottrina tan-nemo ad impossibilia tenetur li applikat ghal dawn il-kazijiet wasslet ghal diversi sentenzi fejn il-manteniment pattwit f'kuntratt ta' separazzjoni personali gie varjat mill-Qorti a bazi ta' dan il-principju.Biex ikun applikabbili dan il-principju ghalhekk huwa ta' aktar rilevanza l-element ta' l-impossibbilita' milli dak tat-tibdil fic-cirkostanzi. Mill-banda l-ohra jrid verament ikun hemm impossibbilita' ta' min qed jitlob biex jitnaqqas l-ammont in kwistjoni w impossibbilita' ma tfissirx tbatija jew sagrificcju li jridu jigu sofferti minn min bl-agir tieghu volontarjament accetta certu kondizzjonijiet f'kuntratt konsenswali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info