Referenza: 739/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/06/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
MID-MED BANK PLC vs ELLUL HOLDINGS LTD NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SPEJJEZ GUDIZZJARJI, DRITT TAD-DIFENSURI GHANDU JIGI KKALKOLAT FUQ L-INTERESS TAL-PATROCINATI TAGHHOM - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, INTAXXAR TA` - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, IR-REGISTRATUR TAL-QORTI GHANDU JIGI MHARREK F`KAWZI TA` RITASSA JEW TA` ANNULLAMENT TA` TAXXA GUDIZZJARJA - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, KIF GHANDU JKUN L-OCCHIO F`KAWZA TA` RITASSA JEW TA` ANNULLAMENT TA` TAXXA GUDIZZJARJA - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, KIF JIGI KALKOLAT DRITT TA` AVUKAT TA` WIEHED MILL-KOMPARTECIPI FIL-KOMUNJONI TAL-AKKWISTI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, NATURA TA` KAWZA TA` RITASSA JEW TA` ANNULLAMENT TA` TAXXA GUDIZZJARJA
Fil-Qosor
L-ispejjes gudizzjarji jigu ntaxxati u likwidati mir-registratur u t-taxxi maghmulin minnu ma jistghux jigu attakkati wara li jaghlaq xahar. Dik l-azzjoni ghandha tinbeda b'rikors li ghandu jigi trattat sommarjament mill-Qorti. Dan iz-zmien, ghal dawk li jitolbu t-taxxa tal-ispejjes, jibda jghodd mill-gurnata li fiha tkun harget it-taxxa, u, ghad-debitur li jkun regolarment innotifikat bit-taxxa b'att gudizzjarju, mill-gurnata ta' dik in-notifika.

L-azzjoni ghar-ritassa jew ghal dikjarazzjoni ta' nullita' ta' taxxa mahruga mir-Registratur tal-Qorti trid bil-fors l-presenza ta' l-istessRegistratur inkwantu dan huwa necessarjament parti interessata kif jissemma fis-subinciz (2) tal-artikolu 64.

L-azzjoni ta` ritassa, ghalkemm temani mill-proceduri determinati bejn il-kontendenti fil-proceduri li taw lok ghat-tassazzjoni kontestata, hija azzjoni separata u totalment indipendenti mill-istess proceduri billi l-Qorti tkun mitluba tikkunsidra xi haga li grat wara d-determinazzjoni tal-kontestazzjoni bejn il-partijiet u indipendentement mill-volonta tal-partijiet. L-okkju tal-azzjoni ta` ritassa ghandu jkun proprju tal-azzjoni u mhux dak tal-kawza li taghha tkun saret it-tassazzjoni.

Id-dritt tad-difensuri ghandu jigi kkalkolat fuq l-interess tal-patrocinati taghhomf'dik il-kawza. Ghalhekk id-difensur ta` wiehed mill-kompartecipi fil-komunjoni tal-akkwisti huwa biss intitolat ghal nofs id-dritt peress illi l-interess fil-kawza kien biss tal-komunjoni u m'hux tal-komparticipi personalment.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni