Reference: 20/2002

Judgement Details


Date
04/06/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
ARRIGO NOEL V., FILLETTI JOSEPH A., DE GAETANO VINCENT
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs OMISSIS - LAWRENCE CALLUS
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
MODIFIKA TAL AKKUZI WARA LI JEZERCITA IS SETGHA LI JOHROG ATT TA AKKUZA - SETGHA U DISKREZZJONI TAL AVUKAT GENERALI LI JOHROG ATT TA AKKUZA
Summary
L-appellant Lawrence Callus qieghed, bazikament, jikkontendi li galadarba l-Avukat Generali kien diga invoka l-attenwanti jew skuzanti kontemplata fil-paragrafu (c) tal-Artikolu 227 tal-Kodici Kriminali ghall-akkuza ta' tentattiv ta' omicidju volontarju, huwa ma setax imur lura fuq din id-decizzjonitieghu u jaggrava l-posizzjoni tal-akkuzat billi, meta johrog l-att ta' akkuza, jakkuza b'tentattivta' omicidju volontarju minghajr din l-attenwanti. L-Avukat Generali, minn naha tieghu, qed jippretendi li dan jista' jaghmlu peress li, skond l-Artikolu 596 tal-imsemmi Kodici, huwa “jista'” u mhux“ghandu” jdahhal fl-att ta' akkuza xi skuzanti skond il-ligi. Jigifieri skond l-Avukat Generali, huwa ghazel, kif kellu dritt li jaghmel, li ma jdahhalx tali skuzanti.

Isegwi, ghalhekk, li l-Avukat Generali ma setax fuq dawk l-istess atti (u salv dak li jipprovdi l-Artikolu 434 tal-Kodici Kriminali) jaggrava l-posizzjoni tal-akkuzat Lawrence Callus billi, meta johgrog l-Att ta' Akkuza, imur lura fuq id-decizzjoni li kien diga ha f'dawk l-atti u jakkuzah b'tentattiv ta' omicidju volontarju minghajr l-attenwanti kontemplata fl-Artikolu 227(c) imsemmi. Kif gie ritenut minn din il-Qorti, diversament komposta, fis-sentenza tas-7 ta' Dicembru, 2001 fil-kawza fl-ismijiet Il-Pulizija v. Michael Carter, in-nota ta' rinviju ghall-gudizzju skond is-subartikolu (3) tal-Artikolu 370 ghandha rwol simili ghal dak ta' l-Att ta' Akkuza quddiem il-Qorti Kriminali; u ghalhekk fil-kaz in dizamina tapplika r-regola, desunta mill-Artikolu 597(1) tal-Kodici Kriminali, li ma kellu jsir xejn fl-Att ta'Akkuza kontra l-appellant Lawrence Callus li jaghmel izjed gravi r-reat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info