Reference: 3535/1996/2

Judgement Details


Date
30/05/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
SPITERI GRACE ET vs CAMILLERI CARMEL SIVE LINO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, AWMENT TA` KERA - LOKAZZJONI, FTEHIM LI JMUR KONTRA D-DISPOSIZZJONIJIET TAL-KAP. 69 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - LOKAZZJONI, LEGALITA` TA` AWMENTI TA` KERA MIFTEHMIN BEJN IL-PARTIJIET - LOKAZZJONI, RILOKAZZJONI TACITA - LOKAZZJONI, VINKOLU KONTRATTWALI
Summary
L-artikolu 1536 tal-Kodici Civili li jipprovdi ghat-tigdid tacitu tal-kiri jimponi rispett shih tal-volonta' kontrattwali tal-partijiet kontraenti fil-ftehim ta' lokazzjoni. Meta tqis li l-kiri kellujigi mgedded tacitament jekk il-kerrej jibqa' u jigi mholli fit-tgawdija tal-haga lilu mikrija, dikil-ligi kienet qed tfisser illi fost dawk il-kundizzjonijiet kellu jigi rispettat il-ftehim dwar it-terminu. Meta l-artikolu 1536 jipprovdi illi z-zmien kellu jkun meqjus kif jinghad fl-artikolu 1532,dan kienet qed tifhmu biss li jorbot fejn ma kienx hemm ftehim preventivament milhuq proprju biex jipprovdi ghal tali nuqqas.

Anke hawn, il-legislatur ried li jirrispetta sa fejn huwa possibbli l-volonta' tal-kontraenti u jsalva ftehim originali sakemm jassigura r-rilokazzjoni tacita li dinil-ligi specjali kienet timponi. Il-limitazzjoni imposta mill-Kap. 69 tal-Ligijiet ta` Malta li tipprojbixxi lil sid il-kera milli jgholli l-kera jew jaghmel kundizzjonijiet godda ghat-tigdid tal-kiriminghajr il-permess tal-Bord li Jirregola l-Kera ghandha tittiehed quid unum biex tirregola dak illi s-sid seta' jew ma setghax jaghmel wara li jiskadi t-terminu tal-kirja originali. Ma kienetx tirreferi ghal dak li kien miftiehem minn qabel u cjoe' ghal dawk il-kundizzjonijiet li l-partijiet ftehmu li kellhom jirregolaw il-ftehim ta' lokazzjoni. Is-sid allura ma setghax jgholli l-kera miftiehemmeta jiskadi dak it-terminu imma l-inkwilin kellu jirrispetta l-kera stipulat u mieghu konvenut originarjament inkluzi l-awmenti prospettati fil-bidu tal-kirja. Dan certament japplika fil-kaz ta' fondi kummercjali.

Mhux vjetat illi l-kerrej jaccetta l-kera ghola jew il-kundizzjonijiet goddaproposti mis-sid u li kwindi jista' jsir ukoll mill-ewwel ftehim dwar il-kera ghola u kundizzjonijiet godda bejn is-sid u l-kerrej. Jekk il-kerrej skond il-kliem espress tal-ligi jitqies li jaccettaiz-zieda tal-kera u/jew kundizzjonijiet godda proposti mis-sid meta ma jirrispondix ghal ittra ufficjali tieghu, dan ifisser li mhux prekluz li jiftiehem dwarhom direttament mas-sid.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info