Reference: 799/1998/1

Judgement Details


Date
30/05/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
STEPHENSON HARVEY vs SCIBERRAS CAMILLERI DR TANYA ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SURROGATORIA, ELEMENTI TA` - ACTIO SURROGATORIA, LEGITTIMU KONTRADITTUR - LEGITTIMU KONTRADITTUR, ACTIO SURROGATORIA
Summary
L-azzjoni mahsuba fl-artikolu 1143 tal-Kodici Civili, maghrufa wkoll bhala l-actio debitor debitorismei, hija azzjoni li biha kreditur, biex jithallas ta' dak li jkollu jiehu, jezercita l-jeddijiet li d-debitur tieghu jista' jiehu kontra d-debituri tieghu, imbasta tali jeddijiet ma jkunux personalighad-debitur.

Ghall-ezercizzju tal-azzjoni surrogatorja min-naha tal-kreditur, m'huwiex mehtieg il-kunsens tad-debitur tieghu, u din tista' tinbeda minkejja l-oppozizzjoni li d-debitur jista'juri. Lanqas jista' jinghad li, bl-agir tal-kreditur, isehh surroga - fit-tifsira li taghti l-ligi ghal dan il-kuncett - fil-jeddijiet li d-debitur jista' jkollu kontra d-debitur tieghu. Ghalhekk, ghalkemm din l-azzjoni kienet meqjusa wkoll bhala actio indirecta vel obliqua, ma hemm xejn x'izomm lill-kreditur li jmexxi 'l quddiem il-pretensjoni tieghu direttament kontra dak it-terz li ghandu jaghti lid-debitur tieghu.

Bhal f'kull azzjoni ohra, il-kreditur irid juri li ghandu interess li jressaq l-azzjoni, liema interess, per ezempju, jigi nieqes jekk kemm-il darba m'hemm l-ebdadubju li d-debitur tieghu huwa solventi jew jekk l-istess debitur ikun diga' beda minn rajh proceduri kontra d-debituri tieghu biex jithallas minghandhom. Fid-dawl tal-attwalita' tal-interess, il-kreditur ikun irid juri wkoll li d-dejn li jippretendi li ghandu lejh id-debitur tieghu irid ikun dovut, u mhux sospiz b'xi kundizzjoni li izzommu milli jista' jibda procedura diretta kontra d-debitur tieghu;

Madankollu, l-attur kreditur huwa procurator in rem suam, u fl-azzjoni surrogatorja ghandu interess personali li mhux dejjem jaqbel ma' dak tad-debitur tieghu. Kif inhuwa sewwa mghallemmill-awturi dwar dan is-suggett, l-attur kreditur fl-azzjoni surrogatorja, iressaq azzjoni msejsa fuq jedd "...non suo ma sibbene del debitore, e quindi agisce non 'jure proprio' ma 'ex juribus debitoris', e sotto tale rispetto e' un avente causa del debitore, e non un terzo; attore nel suo interesse personale, perche' non ha in mira il vantaggio del debitore, ma soltanto il suo, che consiste nelconseguire, o subito o piu' tardi, il pagamento del credito proprio."

Il-mistoqsija li tinqala' hija jekk il-kreditur huwiex mehtieg li jharrek biss lid-debitur tad-debitur tieghu jew jekkghandux iharrek ukoll lid-debitur ewlieni. Ghalkemm il-ligi taghna hija siekta fuq dan il-fatt, ghall-kuntrarju ta' dak li tipprovdi l-ligi taljana , il-bixra minn dejjem kienet li tqis bhala mehtieg li d-debitur ikun imharrek ukoll, biex is-sentenza li tinghata favur il-kreditur, tkun torbot lid-debitur tieghu ukoll u biex il-gudizzju jkun shih. Dan ghaliex fil-kaz ta' success fl-azzjoni surrogatorja, il-kreditur ma jikseb l-ebda privilegg fuq il-gid mirbuh, li jidhol fil-patrimonju tad-debitur tieghu u jibqa' suggett ghal xi jeddijiet li kredituri ohrajn ta' dak id-debitur jista' jkollhomfuq hwejgu, sakemm f'kaz eccezzjonali ma ssirx talba diretta mill-kreditur attur ghall-kundanna tad-debituri tad-debitur tieghu ghall-hlas lilu tal-kreditu dovut.

L-elementi mehtiega biex isehh l-azzjoni surrogatorja huma: (a) li l-attur ikun tassew kreditur tad-debitur, (b) li l-kreditu tieghu huwa wiehed fattwali u mhux kondizzjonat jew potenzjali, (c) li d-debitur ikollu jedd, ta' natura patrimonjali u miftuh ghalih, kontra debitur tieghu, (d) li l-attur irid juri li d-debitur tieghunaqas, kemm bi traskuragni jew ghaliex ma jimpurtahx, li bl-ghaqal mehtieg imexxi biex jiehu li haqqu minghand id-debitur tieghu, (e) li l-attur irid juri li, bin-nuqqas ta' agir f'waqtu tad-debitur tieghu, huwa qieghed igarrab pregudizzju fil-jedd tieghu li xi darba jigbor il-hlas minghand l-istessdebitur u, (f) f'kaz li d-debitur tad-debitur iressaq kontestazzjoni, l-attur irid jipprova wkoll il-kreditu d-debitur tieghu ghandu kontra t-terz debitur.

Filwaqt li, kif inghad, il-kredituririd jipprova kemm il-kreditu tieghu kontra d-debitur tieghu, u kif ukoll il-kreditu tad-debitur tieghu kontra d-debitur ta' dan, l-attur kreditur jista' jaghzel kemm li jikkonferma b'azzjoni precedenti il-kreditu tieghu kontra d-debitur, imma jista' wkoll jaghzel li jaghmel dan fl-azzjoni surrogatorja nnifisha. Dan izda jkun ifisser li, f'kaz fejn l-azzjoni surrogatorja ssir qabel ma l-krediturikollu sentenza jew titolu ezekuttiv iehor li jikkonferma l-kreditu, l-attur kreditur ma jistax majitlobx ukoll u jikseb il-kundanna tad-debitur tieghu ghall-hlas tal-kreditu. Jekk ghal xi raguni,l-attur kreditur ma jsehhlux jeghleb dan l-ewwel ghan, ma jiswielu xejn li jittanta jimxi 'l quddiemghat-tieni tragward.

Fl-azzjoni surrogatorja, l-attur imexxi in jure debitoris, u ghalhekk il-jedd li l-attur kreditur jista' jkollu fil-konfront tat-terza persuna la jista' jkun akbar u lanqas izghar mid-dritt li d-debitur ewlieni ghandu kontra min ghandu jaghti lilu. Id-debitur terz imharrek jista' jtella' kontra l-attur kreditur tal-kreditur tieghu kull eccezzjoni li hu jista' jqanqalkontra l-kreditur immedjat tieghu kieku dan kellu jfittxu ghall-hlas tad-dejn.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info