Reference: 532/2014

Judgement Details


Date
26/03/2015
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
MALLIA MICHAEL
Parties
IL-PULIZIJA vs MICALLEF DARREN
ECLI
ECLI:MT:AKI:2015:93747
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROVOKAZZJONI
Summary
F' dan il-kaz gie diskuss il-kuncett tal-provokazzjoni. Il-Qorti qalet li fost ir-rekwiziti hemm lil-provokazzjoni trid tkun tali “illi f'nies ta' temperament ordinarju komunament igib l-effett li majkunx kapaci li jqisu l-konsegwenzi tad-delitt. Il-kriterju, ghalhekk, hu wiehed oggettiv; il-bniedem ta' temperament ordinarju.” Il-Professur Mamo fin-noti tieghu (pagna 241) jikkummenta “The test to be applied is whether the provocation was sufficient to deprive a reasonable man, a man of ordinary temperament, of his self control, not whether it was sufficient to deprive of his self control theparticular person charged ...”. F'dan il-kaz jidher illi kien hemm diverbju bejn il-kwerelant u l-appellant li kien jirrelata max-xoghol illi kien qieghed jaghmel l-appellant. B'rabja l-appellant telaq minn fuq il-lant tax-xoghol u beda hiereg ‘il barra bil-kwerelant miexi warajh. Jidher illi dan id-diverbju baqa' ghaddej u f'xi hin il-kwerelant imbotta lill-appellant illi dan dar u tah daqqa fuqwiccu u kissirlu sinna. Jidher illi t-tnejn spiccaw mal-art peress illi l-appellant gie mghejjun iqum minn shabu fil-fabbrika.
Il-Qorti ma dehrilhiex illi l-agir tal-appellant kien wiehed ta' persuna ta' temperament ordinarja u lanqas ma kien hemm proporzjonalità bejn l-azzjoni tal-kwerelant ur-reazzjoni tal-appellant. Jekk il-kwerelant uza xi forza sabiex jimbotta lill-appellant, dan min-naha tieghu ma setax jirrispondi bil-vjolenza billi jaghti daqqa ta' ponn. L-uzu tal-forza huwa mod, mentri l-uzu ta' vjolenza huwa mod iehor. L-appellant ma setax ghalhekk jgawdi minn din l-iskuzanti tal-provokazzjoni lanqas b'mod generiku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info