Referenza: 29/2013

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/01/2015
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MALLIA MICHAEL
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MIFSUD DEELIAN
ECLI
ECLI:MT:AKI:2015:92338
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Dan kien kaz dwar l-agir ta tifel ta' tnax il-sena li kien instab hati mill-Qorti tal-Magistrati. Però, fil-mori ta' l-appell gie introdott l-Att 3/2014 li gie mess in vigore fl-erbatax (14) ta' Frartal-elfejn u erbatax (2014) u cioé wara s-sentenza moghtija mill-Qorti tal-Magistrati. Din l-emendatinvolvi l-artikolu 37(1) tal-Kodici Kriminali li jghid, “il-minuri taht is-sittax-il sena jkunu wkoll ezenti minn responsabiltà kriminali ghal kull att jew nuqqas maghmul minghajr hazen.” Meta sar dan ir-reat l-appellant kien ghadu kif ghalaq it-tnax-il sena. Kwindi zgur illi kien taht l-età ta' sittax-il sena. Peress illi ma gewx ippruvati l-modalitajiet ta' kif gie mwettaq dan ir-reat, il-Qorti ma setghatx tikkonkludi jekk dak illi ghamel l-appellant kien b'hazen jew minghajru. Ghalhekk dikil-kwalifika il-Qorti ma setghatx tapplikaha. Baqa allura l-fatt illi skont l-artikolu fuq imsemmi l-appellant ma kienx responsabbli kriminalment ghal dan ir-reat. Il-Qorti fic-cirkostanzi ddikjarat lill-appellant mhux responsabbli kriminalment u ordnat l-liberazzjoni tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni