Reference: 1536/1998/1

Judgement Details


Date
30/03/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
CHIRCOP LINO vs DIRETTUR TAL-KUNTRATTI
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, LEGITTIMU KONTRADITTUR - GVERN TA` MALTA, RAPPREZENTANZA GUDIZZJARJA TA` - KUNTRATT, KULHADD JISTA JHALLAS ID-DEJN TA` HADDIEHOR - KUNTRATT, RES INTER ALIOS ACTA - LEGITTIMU KONTRADITTUR, GVERN TA` MALTA - PROMESSA DE RATO - TENDER, LEGITTIMU KONTRADITTUR
Summary
Ghalkemm hu minnu li hu permess li tnejn jistghu jiftehmu bejniethom izda certi obbligi jhalluhom ghal haddiehor, dak il-haddiehor ma jistax jinghad li jkollu rabta kontrattwali maghhom naxxenti mill-kuntratt konkjus bejniethom, jekk ma tkunx tirrizulta l-adezjoni tieghu illi jassumi tali obbligu -promessa de rato.

Kull persuna kienet intitolata li thallas id-dejn ta' haddiehor anke jekkma kienet tirrizulta l-ebda obbligazzjoni kontrattwali li timponi fuqha li hekk taghmel, pero' f'dawk ic-cirkostanzi hi certament ma ssirx parti fil-kuntratt li ta lok ghal dak id-dejn u wisq anqas mataghti xi jedd lill-kreditur illi jiccitaha biex thallsu dak li kien lilha dovut minn haddiehor.

L-amministrazzjoni pubblika taqa' taht ir-responsabilita' tal-Gvern li jamministraha, u sakemmil-mertu jaqa' fl-ambitu ta' tali amminstrazzjoni kondotta mill-varji dikasteri li jikkomponu l-Gvern u li torigina mir-relazzjonijiet kuntrattwali bejnu u bejn ic-cittadin, kien il-Gvern l-enti morali guridiku li kellu jirrispondi ghall-obbligi assunti. Ir-relazzjonijiet kontrattwali allura jinholqu bejn il-Gvern u c-cittadin fil-kamp amministrattiv u mhux bejn ic-cittadin u min ikun qieghed jirrapprezenta l-Gvern fil-kuntratt partikolari that ezami.

Id-distinzjoni fondamentali allura hi bejn min kien il-legittimu kontradittur - li certament kien il-Gvern - u bejn min seta' jagixxigudizzjarjament in rapprezentanza ta' dak il-legittimu kontradittur li fil-kaz tal-Gvern hu espressament definit bil-ligi fl-artikolu 181B tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili. Dan l-artikolu jipprovdi kif il-Gvern ghandu jkun rapprezentat fl-atti u fl-azzjonijiet gudizzjarji mill-Kaptad-Dipartiment li jkun inkarigat fil-materja in kwistjoni, salv dak li hemm fih provdut fir-rigward tal-funzjonijiet ta' certi ufficjali u ghall-attivitajiet partikolari ta' l-amministrazzjoni pubblika.

F'kaz illi jkun hemm zball fil-persuna li tkun giet citata in rapprezentanza ta' haddiehor, dak l-izball ma jwassalx biex l-atti gudizzjarji jigu inficjati ghaliex il-legittimu kontradittur jkun korrettement gie citat. L-izball iwassal biss ghall-korrezzjoni fejn mehtieg tar-rapprezentanza guridika. Hi fil-fatt prattika zbaljata, anke jekk konswetudini, li l-Gvern jagixxi u jigi mharrek unikament fil-persuni tal-Kap tad-Dipartiment sic et simpliciter. Il-formola korretta kellha tkun li l-Kap tad-Dipartiment kellu jagixxi dejjem bhala rapprezentant tal-Gvern. Il-Kap tad-Dipartiment ma jagixxi qatt f'ismu propju. Hu biss qaddej fis-servizz civili - it-termini klassiku "civilservant" hu elokwenti f'dan il-kontest - u ma kellu l-ebda dritt allura li jagixxi f'ismu propju personalment. Dan il-fatt kellu allura jigi debitament rikonoxxut fl-atti gudizzjarji biex jigi enfasizzat propju l-element tar-rapprezentanza, li hu veru implicitu fid-deskrizzjoni tal-kariga u dan isalva l-atti gudizzjarji hekk malament redatti, imma li l-artikolu 181B (1) tal-Kap 12 esplicitamentjesigi meta jiddikjara "il-Gvern ghandu jkun rapprezentat fl-atti u fl-azzjonijiet gudizzjarji".

L-artikolu 181B imbaghad, wara li jenunzja il-principju li l-Gvern kellu jkun rapprezentat fl-atti u fl-azzjonijiet gudizzjarji mill-Kap tad-Dipartiment tal-Gvern li jkun inkarigat fil-materja inkwistjoni, ikompli bl-proviso illi, bla pregudizzju ghal dan il-principju, kien jipprovdi ghall-kawzi partikolari fejn il-Gvern seta' jkun rapprezentant minn Kap ta' Dipartiment iehor li kjarament majkunx dak inkarigat fil-materja in kwistjoni. Is-subinciz (c) ta' dan il-proviso jipprovdi illi "kawzi dwar kuntratti ta' provista jew ta' appalt mal-Gvern (kif ovvjament hu l-mertu tal-kaz that ezami) jistghu f'kull kaz isiru mid-Direttur tal-Kuntratti". M'hemmx ghalfejn jinghad illi jekk jistghuisiru mid-Direttur tal-Kuntratti, jistghu wkoll jigu minnu difizi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info