Reference: 873/1988/1

Judgement Details


Date
30/03/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
FENECH FRANK NOE vs ARCIDIACONO BORIS ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ATTI GUDIZZJALI, NULLITA` TA` - CITAZZJONI, KORREZZJONI FL-ISEM TA` RAPPREZENTANT TA` SOCJETA` KUMMERCJALI LI TKUN KONVENUTA MA JBIDDILX IN-NATURA TAL-AZZJONI - CITAZZJONI, KORREZZJONI TA` - CITAZZJONI, NULLITA` TA`
Summary
Il-ligi taghti lill-Qorti l-poter biex f'kull waqt tal-kawza qabel is-sentenza, sew minn jeddha, jew wara talba ta' wahda mill-partijiet, li tordna jew tippermetti tibdil fl-iskrittura, sew billi fihom jizdied jew jitnehha l-isem ta' wahda mill-partijiet, u jitqieghed iehor floku, inkella billi jissewwa zball fl-isem tal-partijiet jew fil-kwalita' li fiha jidhru, jew zball iehor, jew billi jigu imdahhla wkoll b'nota separata, hwejjeg ohra dwar il-fatt jew il-ligi, basta li ebda tibdil bhal dakma jkun ibiddel is-sustanza, l-azzjoni jew l-eccezzjoni.

Jekk ic-citazzjoni ssir kontra persuna jew in rapprezentanza ta' socjeta', u l-attur jitlob il-korrezzjoni tac-citazzjoni, fis-sens lijitnehha l-isem tal-persuna li giet imharrka, u minflok jitqieghed l-isem ta' persuna ohra li tirrapprezenta guziddjarjament is-socjeta', dan it-tibdil jista' jsir ghax il-persuna li giet konvenuta hija socjeta', u bit-tibdil ta' l-isem tal-persuna fizika li tirrapprezenta is-socjeta' tibqa' konvenuta kif giet mill-bidu konvenuta s-socjeta', u allura dan it-tibdil ma jbiddilx l-azzjoni ghaliex din tibqa' l-istess diretta kontra l-istess socjeta', u lanqas ma jbiddel l-eccezzjoni ghaliex l-eccezzjoni li giet sollevata barra dik li tat lok ghat-talba tal-korrezzjoni tibqa' applikabbli u tibqa' l-istess.

L-eccezzjoni tan-nullita' ta' l-atti gudizzjarji hi tassativament regolata bl-artikoli 789 u 790 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili u trid necessarjament tinkwadra ruha fit-termini ta' dawn l-Artikoli. Jidher illi l-principju huwa li l-atti ghandhom jigu salvati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info