Reference: 41/2012/1

Judgement Details


Date
31/01/2014
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL
Parties
ESKANDER HANY vs DIRETTUR TAD-DIPARTIMENT TAC-CITTADINANZI U L-AFFARIJIET ET
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACCESS GHAL QORTI
Summary
Il-kaz jirrigwarda persuna barranija li kienet residenti Malta li sabet impieg. Pero' it-talba tal-employer ghall-permess mill-ETC giet michuda kif ukoll it-talba tal-estensjoni tal-permess tar-residenza tar-rikorrent bil-konsegwenza li hu ma setax allegatament isegwi il-proceduri gudizzjarji istitwiti f'Malta. Il-Qorti qalet li d-dritt ta' access ghal Qorti mhuwiex dritt enuncjat esplicitament fil-Konvenzjoni Ewropeja ghad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem izda dan id-dritt huwa konsegwenza naturali tal-Artikolu 6 tal-istess Konvenzjoni ghaliex id-dritt ghas-smigh xieraq ma hux koncepibbliminghajr id-dritt ghal acess ghall-qrati. Huwa essenzjali li dan id-dritt ta' access ghal Qorti jkunmoghti lil individwu b'mod effettiv li jimplika li l-grad ta' access ghal Qorti jrid ikun tali li jkun sufficjenti sabiex jassigura id-dritt tal-individwu ghal Qorti fid-dawl tas-saltna tad-dritt f'socjeta` demokratika. L-ostakolar tal-ezercizzju effettiv tad-dritt ta' access jista' jammonta ghal vjolazzjoni ta' dak id-dritt, ukoll fejn dak l-ostakolar ikun ta' natura temporanja. Id-dritt ta' access ghal Qorti, izda, mhux dritt assolut u huwa suggett ghal limitazzjonijiet peress li dan id-drittmin-natura tieghu jehtieg li jkun regolat mill-iStat skont il-htigijiet u r-rizorsi tal-komunita` utal-individwi u ghalhekk l-iStat igawdi minn certa diskrezzjoni fit-tfassil tar-regolamentazzjoni necessarja. B'danakollu, pero`, il-limitazzjonijiet li jigu applikati m'ghandhomx jirrestringu jew inaqqsu d-dritt ta' access b'tali mod jew tant li tigi pregudikata l-essenza nfisha ta' dak id-dritt ukull limitazzjoni ghandha tkun intiza sabiex tilhaq xi ghan legittimu u tipprezerva relazzjoni ragjonevoli ta' proporzjonalita` bejn il-mezz adoperat u l-ghan li jkun irid jintlahaq. F'dan il-kaz il-Qorti ma sebat l-ebda vjolazzjoni.






Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info