Referenza: 1728/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/04/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
ST. ANDREWS' FARM & BUILDING CO LTD vs SULTANA HENRY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, ELEMENTI TAL-ECCEZZJONI INADEMPLENTI NON EST ADEMPLENTUM - KUNTRATT, INADEMPLENTI NON EST ADEMPLENTUM - KUNTRATT, NECESSITA` TA` DIKJARAZZJONI GUDIZZJARJA GHAL-HALL TA` - KUNTRATT, PATT KOMMISSORJU - KUNTRATT, PURGAZZJONI TAL-MORA - KUNTRATT, RIMEDJI DISPONIBBLI F`KAZ TA` INADEMPJENZA
Fil-Qosor
Ir-regola generali li tirregola l-kuntratti ma tippermettix it-terminazzjoni unilaterali ta' kuntratt minhabba inadempjenza, izda taghti lill-Qorti l-fakolta' li taghti zmien ragjonevoli lid-debitur li jissodisfa l-mora. F'materja kummercjali, din ir-regola hija varjata fis-sens li l-Qorti m'ghandiex din id-diskrezzjoni izda ghandha tholl il-kuntratt. F'kull kaz, izda hija l-Qorti li tippronunzjax-xoljiment tal-kuntratt.

Il-konvenut ghandhu ghalhekk l-ghazla jew li jitlob il-hall tal-kuntratt jew li ggieghel lill-parti l-ohra li tesegwixxi l-obbligazzjoni, meta dan ikun possibili, u fil-kaz il-wiehed u l-iehor, il-konvenut jista' jigi ikkundannat ghall-hlas tad-danni.

Biex ikun hemm lok ghall-eccezzjoni inadempleti contractus jehtieg illi si tratta ta' obbligazzjonijiet korrispettivi fiz-zewg kontraenti radikata fl-istess rapport sinallagmatiku bejniethom. Kondizzjoni ohra hija illi fil-fehma tal-gudikant, meqjusa ic-cirkostanzi kollha tal-kaz, ikun hemm certa proporzjon bejn l-inadempjenza attribwita bi htija ta' l-attur u dik rifjutata mill-konvenut. Jehtieg li l-inadempjenza ta' l-attur tkun imputabbili lilu u li inoltre, relattivament ghal prestazzjoni hu jezigiminn ghand il-konvenut li tkun ta' certa gravita'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni