eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 2139/1995/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
13/03/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
BEZZINA ANTHONY ET vs GRIMA MARTIN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE
Kawża Llinkjata
BEZZINA ANTHONY ET vs GRIMA MARTIN ET - 2139/1995/1 - TA' L-APPELLI CIVILI (SUPERJURI), MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
BEJGH IN SUBBASTA, META X-XERREJ JONQOS LI JIDDEPOSITA L-PREZZ TAL-AKKWIST FIZ-ZMIEN STIPULAT MILL-LIGI
Fil-Qosor
L-Artikolu 328 tal-Kap. 12 jipprovdi li min jixtri proprjeta` fi proceduri ghas-subbasta ghandu jiddeposita l-prezz tal-akkwist f'terminu specifiku wara li ssir l-aggudikazzjoni.
Il-ligi tiddentifika, tispecifika u timponi s-sanzjoni ghan-nuqqas tax-xerrej li jiddepozita l-ammont minnu offertfiz-zmien stipulat. Ma timponi l-ebda nullita' tal-proceduri, l-ebda ostakolu li jitkompla l-bejghta' l-immobbli li jigi perfezzjonat bil-konsinna li ssir ipso iure bil-liberazzjoni finali u bid-depozitu tal-prezz. Il-ligi tipprovdi l-mezz kif dan id-depozitu tal-prezz isir jekk ix-xerrej jonqosmill-obbligu tieghu. Dan biex jigu assigurati l-jeddijiet ta' l-esekutant.
It-terminu specificat fil-Ligi, allura, ghalkemm huwa mahsub biex jesigi li x-xerrej jaghmel id-depozitu tempestivament, hu wkoll mahsub biex jassigura serjeta' fil-proceduri billi l-Qorti tkun diretta biex tezigi rispett lejn l-esekuzzjoni tal-mandati taghha u l-hlas ta' kredutu esegwibbli b'titolu ezekuttiv.
Dan ifisser illi t-terminu ma kienx intiz, allura, biex jiffavorixxi lid-debitur ezekutat. Infatti, d-debitur ezekutant ghandu bil-ligi l-jedd tal-fidwa ta' hwejjeg immobbli mibjughin bl-irkant sakemm dak il-jedd huwa jezercitah fiz-zmien statutorju ta' erba' xhur (Art. 355 tal-Kap 12). Dritt li l-ligi taghtih biex tippermettilu li jiehu lura l-proprjeta' tieghu waqt li tassigura l-hlas tad-debitu tieghu. B'hekk, billi jezercita l-ius redimendi, u mhux billi javanza pretensjonijiet ta' nullitajiet inezistenti fil-proceduri li l-atturi appellanti setghu jipprotegu d-drittijiet taghhom u jirrivendikawhom.
Una volta li l-Qorti gustament accettat id-depozittu, u l-fond de quo gie definittavement liberat favur ix-xerrej fl-assenza ta' kull azzjoni jew oppozizzjoni da parti ta' l-ezekutant jew ta' l-ezekutat, biex ma jigix hekk liberat, ma jistax ikun il-kaz li tigi nficjata u reza nulla l-liberazzjoni finalment u legalment perfetta.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta