Reference: 1205/1999/1

Judgement Details


Date
13/03/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
JET-TECH LTS vs COPPOLA MARCON
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET AMMISSIBBLI - ACTIO CAMBIARIA, GHOTI TA` GARANZIJA ADEGWATA GHAR-RADD TAL-VALUR TAL-KAMBJALA F`KAZ LI DIN TIGI ANNULLATA FI PROCEDURI SEPARATI
Summary
L-artikolu 198 tal-Kodici tal-Kummerc jistabilixxi tassattivament illi f'azzjoni kambjarja jistghu jinghataw biss: (1) eccezzjonijiet li huma personali ghall-possessur tal-kambjala li ma jistghux idewwmu l-hlas taghha jekk dawn ma jkunux dwar krediti likwidi u li jistghu jinqatghu malajr fil-kawzali tkun miexja; u (2) li jekk dawn l-eccezzjonijiet ikunu jehtiegu ezami fit-tul, is-smiegh taghhomisir f'kawza ghaliha, u sadanittant il-kundanna ghall-hlas tal-kambjala, bil-garanzija jew minghajrha, skond kif jidhrilha l-Qorti, m'ghandhiex tkun imdewwma.

B'disposizzjoni esplicita tal-ligi, eccezzjonijiet li jirrikjedu indagini fit-tul, ma jistghux idewmu l-pagament ta' kambjali li jkunuimmaturaw. Il-Qorti trid tordna l-pagament bil-kawzjoni jew minghajrha u tpoggi l-konjizzjoni tal-eccezzjonijiet ghal gudizzju separat.

Filwaqt li minnu eccezzjonijiet personali huma opponibbli ghall-possessur tal-kambjali li qed jitlob il-hlas taghha u jistghu jirrigwardaw tant l-origini tal-obbligazzjoni kemm l-ezercizzju taghha, u dan a vantagg tal-konvenut kjamat biex jonora l-kambjala, kellu jkun ovvju li l-oggett tal-azzjoni kambjarja ma setax u m'ghandux ikun konfuz mal-oggett likien jifforma l-obbligazzjoni naxxenti minn negozju u li ta lok ghall-hrug taghha. Il-ligi stess, proprju bl-insistenza fuq l-awtonomija tal-azzjoni kambjarja u bil-limitazzjoni tal-eccezzjonijiet lisetghu jinghataw ghaliha, kif ukoll bl-insistenza fuq l-ispeditezza fid-determinazzjoni tal-azzjoni, kienet tiddistingwi u ssalva n-negozju originali li jibqa' soggett ghall-verifika u kontestazzjoni, anki wara li tkun giet determinata l-azzjoni kambjarja u anki wara li tkun giet onorata l-kambjalab'konsegwenza tal-esekuzzjoni ta' sentenza fuqha motghija.

L-Artikolu 198 tal-Kodici tal-Kummerc infatti necessarjament jimplika illi eccezzjonijiet li kienu ta' natura personali ghall-possessur u li allura setghu joriginaw min-negozju li ta lok ghall-hrug tal-kambjala imma li setghu idewmud-determinazzjoni tal-azzjoni kambjarja, kellhom bhala regola jigu skartati. Dan dejjem salv id-dritt li tali eccezzjonijiet jistghu jigu ventilati f'azzjoni li tikkontesta n-negozju originali.

Minn nahha l-ohra l-Qrati taghna jammettu eccezzjoni wahda ghall-applikabilita' ta' l-imsemmi artikolu 198. Din hi meta l-eccezzjoni tkun tolqot l-ezistenza tal-kambjali stess bhal meta l-kunsensta' l-accettant tal-kambjala jkun vizzjat minhabba vjolenza jew dolo. F'kazijiet bhal dawn, il-providwar l-allegata nullita' tal-kambjali jistghu jinstemghu fl-istess gudizzju fejn jigi mitlub il-hlas tal-kambjali.

Meta l-eccezzjoni tolqot l-ezistenza nfisha tal-kambjala, bhal fil-kaz ta' vjolenza jew dolo, allura l-kunsens ta' l-accettant ikun vizzjat, u bhala konsegwenza, il-kambjala tkun nulla u l-principju kanonizzat bl-artikolu 198 ma jkunx applikabli.

Il-Qorti tal-Appell qieset li dawn iz-zewg linji ta' taghlim gurisprudenzjali ma kienux irrikonciljabbli sakemm fl-applikazzjoni ta' l-artikolu 198 il-Qorti zzomm dejjem quddiem ghajnejha r-ratio legis ta' l-azzjoni kambjarja, u ma tiskartax l-awtonomija innata taghha, u ttendi biex issalva l-element ta' speditezza ttemperat b'sens ta' gustizzja u ta' kawtela tad-drittijiet tal-partijiet.

F'dan ir-rigward id-disposizzjoni espressa tal-ligi li taghti l-poter lill-Qorti li timponi fuq l-attur li jaghti garanzijaadegwata ghar-radd tal-valur tal-kambjala f'kaz li din tigi fi procedura appozita inficjata hu strument validu u approprjat biex l-azzjoni kambjarja tigi salvata bil-karatteristici partikolari taghha,waqt illi tassigura protezzjoni xierqa lill-konvenut accettant. Ghalhekk meta tigi imposta garanzija adegwata l-Qorti ma jkolliex ghalfejn tissoprasjedi sakemm tigi deciza l-kawza rigwardanti l-validita' tal-kambjali f'sede ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info