Referenza: 349/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/03/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
CAUSON LESLIE NOE ET vs GOLLCHER JAMES GUSTAF NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
GATE PASS OUT - GATE PASS OUT, INATTENDIBILITA` TA` - TALLY SHEET
Fil-Qosor
Gate Pass Out tohloq presunzjoni juris tantum dwar l-istat tal-merkanzija li tkun qed tigi importata. Jekk jigi stabilit li Gate Pass Out huwa inattendibbli dik il-presunzjoni taqa'.

Gate PassOut jikkostitwixxi prova tal-kontenut tieghu biss sakemm tali prova ma tkunx posittivament zmentitapermezz ta' provi ohra li serjament ipoggu fid-dubju u jimminaw l-attendibbilita' tieghu. Principjudan li del resto japplika wkoll ghal kull prova skritta ohra bl-applikazzjoni tal-principji generalitad-dritt. Inhasset pero' l-htiega li fil-kaz tal-Gate Pass Out dan il-principju jigi moghti rizalt proprju minhabba s-sitwazzjoni li kienet f'certu zmien tezisti fit-thaddim tal-Port u li kienet ikkonvertit abbuz sistematiku fi prattika a vantagg ta' min kien qed ihott il-merkanzija proprju biextezimih minn kull responsabbilita' ghal danni li indubjament ikunu graw waqt li l-merkanzija tkun fil-kura u kustodja tieghu.

Joint Tally Sheet jiccertifika l-istat u l-kundizzjoni tal-merkanzija fil-mument meta din kienet qed tigi konsenjata f'idejn min ikun qed ihott il-merkanzija u meta allura din is-socjeta' kellha kull interess li taccerta ruhha illi l-kontenut ta' dak id-dokument portwali jkun veritier. Dan id-dokument huwa redatt minn rappresentant tal-vapur flimkien ma' rappresentant ta' min ikun qed ihott il-merkanzija u ghalhekk kien jispetta lil dan tal-ahhar li jaccerta l-korrettezza ta' tali dokument. Barra minn hekk min kien responsabbli ghall-hatt tal-merkanzija kellujadopera l-mezzi kollha necessarji sabiex ikun jista' jaghmel ispezzjoni kompleta tal-merkanzija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni