Referenza: 1172/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/04/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
DEBONO FRANCIS ET vs PENZA JASON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PROBA, PROVA ORALI - PROVA, ECCEZZJONIJIET GHALL-PROVA SKRITTA - PROVA, PROVA SKRITTA
Fil-Qosor
Ir-regola"contra scriptum non scriptum testimonium non fertur" giet osservata b'mod assolut fi zmienantik, gie ritenut li ghandha tigi mitigata, billi kull kaz ghandu jigi ezaminat skond il-fattispecje tieghu. Gie ritenut ukoll illi l-istess regola ma hijiex applikabbli f'dawk il-kazi fejn l-att miktub jigi mpunjat minhabba simulazzjoni; kif lanqas ma hija applikabbli meta jkun jidher illi l-kontraenti ghamlu kuntratt simulat biex jghattu kuntratt iehor li realment riedu jaghmlu, u meta l-Qortitkun perswaza li jkun sar zball fil-kuntratt.

Il-principji li jirregolaw din il-materja skond il-gurisprudenza l-aktar ricenti huma dawn li gejjin :

1. Meta l-kontraenti jinkorporaw fiskrittura l-ftehim ta' bejniethom, ghandu jigi prezunt li dak li riedu jiftehmu fuqu nizzluh f'dik l-iskrittura. Ghalhekk ma ghandux ikun lecitu li wiehed mill-kontraenti jdahhal f'dak il-ftehim klawsoli ohra li mill-kitba ma jirrizultawx, jekk ma jkunux klawsoli sekondarji li jkunu qeghdin ifissrujew jiccaraw il-klawsoli principali.

2. Ghalkemm huwa veru li provi orali jistghu jigu ammessi biex jigu elucidati punti oskuri ta' kitba, jew f'kazi ta' mpunjazzjoni ta' dik il-kitba, izda l-provi orali mhumiex ammissibbli biex ifissru dak li fih innifsu huwa diga' car.

3. Ir-regolali kontra l-prova miktuba ma tistax tigi ammessa prova testimonjali mhix applikabbli meta l-prova tigi offerta biex tigi mfissra ahjar l-intenzjoni tal-kontraenti li tkun espressa b'mod ambigwu jew oskur, jew meta jrid jigi ppruvat xi fatt incidentali jew accessorju li jkun konciljabbli ma' l-att.

4. Il-principju 'contra testimonium scriptum testimonium non scriptum non fertur' jibqa' jsehh sakemm il-Qorti ma tkunx perswaza illi hemm zball fil-kuntratt, jew li thalla barra xi patt ghal xi raguni specjali:

5. F'dawn il-kazijiet il-principji bazati fuq il-gustizzja u l-ekwita' ghandhom ikunu supremi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni