Reference: 2694/1999/1

Judgement Details


Date
18/04/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
HSBC BANK MALTA PLC vs DALLI JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
TITOLU EZEKUTTIV, EZEKUZZJONI WARA EGHLUQ HAMES SNIN - TITOLU EZEKUTTIV, NECESSITA` TAN-NOTIFIKA TA` RIKORS GHALL-EZEKUZZJONI WARA EGHLUQ HAMES SNIN
Summary
Wara l-gheluq ta' hames snin minn dak in-nhar li fih skond il-ligi it-titolu ezekuttiv imsemmi fl-artikolu 253 seta' jigi esegwit, l-ezekuzzjoni tista' ssir biss wara talba maghmula b'rikors quddiem il-qorti kompetenti. Ir-rikorrenti ghandu wkoll jikkonferma bil-gurament ix-xorta tad-dejn jew tat-talba li jkun qed ifittex l-ezekuzzjoni taghha, u d-dejn jew parti minnu jkun ghadu dovut.

Apparti l-fatt li l-unika konsiderazzjoni li ghandha taghti l-Qorti f'procedura bhal din, hija biss dwarl-ezekuzzjoni tas-sentenza u l-ezistenza ta' l-istess sentenza, u wkoll li tordna l-ezekuzzjoni tas-sentenza biss ghall-ammont kanonizzat li jkun ghadu ma thallasx. Jekk l-intimat jallega li huwa hallas l-ammonti kollha dovuta, l-oneru tal-prova ta' l-istess pagamenti hija kollha fuqu u dan in konformita` mal-principju li min jallega ghandu l-oneru tal-prova.

Minn dan jidher li l-unika ezami li ghandha taghmel l-istess Qorti ghall-akkoljiment tal-istess rikors huwa biss li tindaga u taccerta ruhhu dwar l-esistenza tal-istess titolu ezekuttiv, u li l-ammont hekk kannonizzat jew parti minnu huwa dovut, u dan tramite l-konferma bil-gurament tal-istess rikorrenti. Fil-fatt xejn izjed mahuwa rikjest skond l-istess artikolu, lanqas in-notifika lill-kontro-parti, u wisq inqas li l-istessrikors jigi appuntat ghas-smiegh.

Tant huwa minnu dan li huwa biss ai termini tal-Artikolu 259 (4) f'kaz ta' proceduri da parte tal-eredi, successuri jew cessjonarji tal-kredituri, li l-ligi tehtieg li l-istess rikors jigi notifkat lid-debitur jew lill-eredi, cessjonarji jew successuri tieghu, u dan allura jikkonferma it-tezi li fil-kaz, li ma jaqghux taht l-Artikolu 259 (4), l-unika ezamili trid taghmel l-istess Qorti hija biss li tara l-ezistenza tal-istess titolu ezekuttiv, u li r-rikorrenti jikkonferma bil-gurmanent li d-debitu jew parti minnu ghadu dovut.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info