Referenza: 518/2011

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/2013
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MALLIA MICHAEL
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ELLUL VINCENTI MICHAEL
ECLI
ECLI:MT:AKI:2013:83239
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
TQASSIM TA OGGETT PORNOGRAFIKU
Fil-Qosor
Illi ritratt ta' mara b'sidirha barra mehud b'mod kazwali mhux f'pozizzjoni erotika mhuwiex u m'ghandux jitqies bhala pornografija. L-arti ibda minn zmien l-era klassika, rinaxximent u modern huwa mimli b'rapprezentazzjonijiet femminili bil-parti ta' fuq ta' l-anatomija esposta. Anke fil-knejjes taghna nkluz il-Konkatidral ta' San Gwann insibu dawn ir-rapprezentazzjonijiet fuq monumenti ghal GranMastri u persuni illustri ohra. Il-Qorti,pero, qablet mal-konkluzjoni ta' l-ewwel Qorti illi metagie nserit numru tal-mobile fuq dak ir-ritratt allura dak ir-ritratt ma baqax aktar innocenti u kifqalet l-ewwel Qorti “jista' oggettivament jitqies bhala li ghamel enfasi mhux xierqa fuq is-sess u li t-tqassim tieghu fuq l-internet ghandu jitqies bhala tqassim ta' oggett pornografiku ghall-finijiet ta' l-Artiklu 208 tal-Kodici Kriminali.” Li kellu jigi ppruvat minghajr dubju dettat mir-raguni kien, li l-appellat illi skennja dak ir-ritratt, pogga fuqu n-numru tal-mobile tal-kwerelanta u poggieh fuq l-internet bil-konsegwenza illi l-kwerelanta soffriet dak il-fastidju illi xehdet dwaru l-Qorti. Il-Qorti qalet li l-appellat kellu nteress, il-mottiv, il-pussess u l-mezzi sabiex jaghmel dan.Hadd hlief l-appellat ma kien fil-pussess tar-ritratt meritu in kwistjoni u l-original ta' dan ir-ritratt illi tpogga fuq l-internet instab fil-pussess eskussiv ta' l-appellat. Illi ghalhekk il-Qorti waslet ragionevolment ghall-htija tal-appellat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni