Referenza: 769/2004/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/06/2013
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI SILVIO, MALLIA TONIO, AZZOPARDI JOSEPH
Partijiet
CURMI VINCENT NOE vs DEGIORGIO DENNIS ET
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2013:82021
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ENFITEWSI, TIGDID
Fil-Qosor
Jekk iz-zewg nahat fuq koncessjoni enfitewtika jiftehmu u jobbligaw ruhhom li jgeddu kuntratt wara tant zmien, dik l-obbligazzjoni trid tirrisolvi ruhha f'kuntratt gdid ta' koncessjoni, ghax meta tiskadi enfitewsi, jispiccaw maghha d-drittijiet naxxenti minnha, u jrid isir xi haga biex dik l-obbligazzjoni titqieghed fis-sehh. Iz-zmien miftiehem f'dan il-kaz ghat-tigdid kien ta' sbatax (17)-il sena, u fl-istess hin saret obbligazzjoni ta' tigdid ulterjuri (jekk hux fuq zewg partijiet jew obbligazzjoni ta' wiehed u opzjoni tal-iehor mhux rilevanti ghal dan il-kaz) li biex titrasforma ruhha f'kuntratt effettiv jehtieg li jigi ffirmat kuntratt pubbliku. Pero', il-konvenuti baqghu jirrisjedu fil-fond, u kien biss ricentement li huma kienu gew imsejjha biex “jirregolarizzaw il-pozizzjoni taghhom”. Il-fatt li c-cens originali ma giex imgedded, ma jfissirx li dak il-kuntratt “thassar”, u li l-konvenuti ma jistghu jirreferu ghal ebda titolu ta' cens, fl-isfond ta' dak dispost fl-artikolu 12(2) ) tal-Ordinanza li tnehhi l-Kontroll tad-djar (Kap 158 tal-Ligijiet ta' Malta).




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni