Referenza: 213/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/04/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPT.M. BUTTIGIEG) vs BORG KENNETH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, RES IPSA LOQUITUR - KOLLIZJONI, SKID RESPONSABILITA` GHAL - KOLLIZJONI, VELOCITA` - TISTA` TKUN ECCESSIVA ANKI JEKK TAQA` FIL-LIMITI REGOLAMENTARI - SEWQAN, BLA KONT - SEWQAN, NEGLIGENTI - SEWQAN, PERIKOLUZ
Fil-Qosor
Jekk sewqan hux (1) negligenti; jew (2) bla kont jew (3) perikoluz hija kwistjoni ta' "degree" u kifjidhru wara xulxin huma fl-iskala tas-serjeta' taghhom - l-aghar is-sewqan perikoluz. Illi ukoll gie ritenut li biex jintegra ruhu ir-reat ta' sewqan perikoluz hemm bzonn ta' certu grad ta' "recklessness". "Recklessness" giet defenita bhala "wilfully shutting one's eye". Sewqan negligenti ifisser nuqqas ta' prudenza ordinarja li wiehed ghandu jadopera biex jevita is-sinistri stradali.

Gieukoll ritenut li "accident jista' minnu nnifsu jidher li x'aktarx gara minhabba htija ta' xi persunamilli ghal kawzi ohra. Hawnhekk, fuq il-bazi tal-principju tar-"res ipsa loquitur" jaqa' fuq dik il-persuna il-piz tal-prova biex juri li f'dak li gara ma kellux htija."

L-skid wahedha mhix la prova ta' negligenza u lanqas skriminanti. Hemm bzonn li jigi indagat jekk kienx hemm negligenza antecedenti jew konkomitanti. Jekk negligenza simili tirrizulta, allura hemm ir-responsabbilta' nonostante l-"skid". Jekk ma tirrizultax, allura l-"skid" hija "a good defence" ghax tkun "inevitable accident'. Ghaldaqstant biex tirnexxi id-difiza tal-"skid", jinhtieg li l-imputat jipprova mhux biss l-"skid" dovuta ghall-art tizloq imma ukoll li l-"skid" saret bla ebda negligenza tieghu u li hu jkunha l-prekawzjonijiet kollha li ghandu jiehu driver prudenti meta l-art tkun tizloq.

Meta tissuciedi kollizzjoni minhabba li wahda mill-karozzi tkun skiddjat, id-driver tal-karozza li skiddjathuwa responsabbli jekk ma gharafx jaghmel il-manuvra mehtiega biex jevita u jnaqqas l-skiddjar metakellu z-zmien biex jaghmel dan u hu aktar responsabbli jekk jaghmel xi manuvra li tipprovoka l-aggravament tal-iskiddjar. Ghax l-imperizja fis-sewqan bhas-sewqan hazin hija htija.

Speed jista jkun eccessiv anki jekk ma jiskorrix il-limiti regolamentari ghal dik il-lokalita' izda jiskorri dawkdettati mill-prudenza u mill-fatturi ambjentali tal-mument.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni