Referenza: 3/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/04/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPT. ALEXANDER MIRUZZI) vs ABELA PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARMI TAN-NAR, GARR TA` - KACCA, GARR TA` ARMI TAN-NAR FUQ IL-BAHAR - KACCA, LICENZJA
Fil-Qosor
Il-htiega ta' licenzja specifikatament biex wiehed ikun jista' "jikkaccja jew jipprova jikkaccja minn fuq xi opra tal-bahar" tohrog car mir-regolament 9(2)(e) tal-A.L. 146/1993 kif ukoll mill-partita7 tal-Ewwel Parti ta' l-Ewwel Skeda tal-Police Licences Regulations (Notifikazzjoni tal-Gvern 846/1949). In fatti, filwaqt li l-licenzja ghall-kacca ta' ghasafar minn fuq l-art hija ta' tnax-il lira,dik ghall-kacca minn fuq opra tal-bahar hija ta' tletin lira.

Ir-reat kontemplat fl-Artikolu3(1A) ta' l-Ordinanza dwar l-Armi jikkontempla s-sitwazzjoni fejn persuna jkollha fil-pussess jew kontroll taghha, jew ikollha f'idejha jew fuqha, arma tan-nar jew munizzjon barra minn fond jew postli jaghmel mieghu minghajr licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija. Dak li ried jolqot il-legislatur b'din id-disposizzjoni huwa l-garr ta' armi tan-nar u munizzjon fl-apert (cioe` mhux f'xi fond) minghajr id-debita licenzja. Ghalhekk hawnhekk ma tidholx il-kwistjoni tal-kacca, sia jekk minn fuq il-bahar jew minn fuq l-art. Dak li wiehed irid jara hu jekk l-appellat kellux licenzja biex igorr arma (u/jew munizzjon) barra minn fond jew post li jaghmel mieghu. Jekk, oltre dak il-garr, wiehed jaghmelxi uzu hazin minn dik l-arma u munizzjon, dik hija kwistjoni ohra li tezorbita mill-ambitu ta' l-Artikolu 3(1A). Ghalhekk l-ewwel qorti kienet korretta meta ma sabitx lill-appellat hati skond it-tieni imputazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni