Reference: 81/2011/1

Judgement Details


Date
25/01/2013
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL
Parties
UNTOURS INSURANCE AGENCY LTD vs MICALLEF VICTOR ET
ECLI
ECLI:MT:KOS:2013:78912
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Dan hu kaz fejn l-Istitut tal-Arbitragg gie kontestat f'riferenza lill-Qorti Kostituzzjonali fis-sens li gie allegat li l-istess proceduri obbligatorji jiksru d-drittijiet fondamentali tal-bniedem billi t-tribunal mhux indipendenti. Il-proceduri originali tmexxew skond l-Avviz Legali 279 tal-2005 ul-artikolu 15(11) tal-Att dwar Arbitragg [Kap. 387 tal-Ligijiet ta' Malta].
Il-Qorti meta qiesetil-beneficcji li jaghti l-istitut ta' arbitragg, partikolarment fil-kuntest tad-dmir tal-istat li hekk jorganizza s-sistema gudizzjarju tieghu li jassigura gustizzja efficjenti fi zmien ragonevoli, qieset id-dispozizzjonijiet kollha mahsuba biex iharsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-arbitru ul-integrità tal-process, u qieset il-klassi ta' tilwimiet soggetti ghal arbitragg obbligatorju, u qabblet dan kollu mal-bizghat imgebbda u xejn realistici li jitfghu dubju fuq l-indipendenza u l-imparzjalità, ikkunsidrat li l-mizien bilfors ixaqleb favur l-istitut tal-arbitragg obbligatorju u mhux kontra. Illi ghalhekk il-Qorti iddikjarat li ma kien hemm l-ebda ksur tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem indikati fid-dispozizzjonijet tal-artikolu 39(2) tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-artikolu6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info