Reference: 86/2001/1

Judgement Details


Date
21/03/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
ST. GEORGE'S BAY HOTEL LIMITED vs BAY STREET HOLDINGS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
OPRAMORTA, ELEMENTI RIKJESTI SABIEX TINTALAB IL-KOSTRUZZJONI TA` - OPRAMORTA, SPARTIZZJONI TAL-ISPEJJEZ GHALL-KOSTRUZZJONI TA`
Summary
Il-kwestjoni ta' l-gholi ta' opramorta bejn zewg fondi hija kaz ta' servitu' legali u, b'zieda ma' dan, wahda li tqieset bhala ta' ordni pubbliku li tohloq dmir impost mil-ligi u li mhux suggetta ghalrinunzja. Hija kaz ta' servitu' favur il-post li hu izjed fil-baxx jew ghandu ambjenti ibghax mill-post ta' biswitu u li go fihom jista' wiehed jittawwal: mhijiex servitu' favur il-persuna li tghammar f'dak il-post.

Minhabba f'hekk, hemm ukoll sensiela ta' decizjonijiet li jghidu li l-jeddli sid ta' post jinsisti fuq it-titligh tal-opramorta ma jintilifx lanqas bi preskrizzjoni, imbastali, minhabba li hija regola li tillimita l-uzu tal-gid tal-fond serventi, jirrizultaw l-elementi mehtiega biex dan il-jedd jista' jintalab.

Il-qofol kollu ta' dan il-jedd jissejjes fuq il-principju li sid ta' post ghandu jedd igawdi hwejgu bla ndhil u minghajr ma jbati sindakar jew tnemmis mill-girien tieghu, sakemm huwa nnifsu ma jkunx holoq jew ippermetta servitu' favur l-oghla post.

Illi l-hames (5) elementi msemmija fl-artikolu 427 u li ghandhom jigu mharsa huma (a) li s-sid ikollu bejt (inkluz setah); (b) li jitla' jew jista' ghalih b'tarag, jew, kif inghad f'ghadd ta' sentenzi, b'modi ohra ta' access li jirrendu t-tlugh fuq dak il-bejt jew setah mhux wiehed difficli jewskabruz; (c) li l-hajt ghandu jitgholla sa metru u tmenin centimetru 'l fuq minn wicc il-bejt jew setah tal-post l-izjed gholi; (d) li l-hajt li jittella' ghandu jkun tal-istess hxuna tal-hajt li fuqujittella'; u (e) li dan jittella' bi spejjez tas-sid tal-post l-izjed gholi, sakemm is-sidien taz-zewg postijiet ma jkollhomx bejt jew setah li t-tnejn jitilghu ghalih b'tarag jew mezz iehor ta' access kif inghad u li jkunu, bejn wiehed u iehor fl-istess livell, f'liema kaz l-ispejjez ghat-titlightal-hajt jinqasmu bejniethom;

Illi inghad ukoll li, qabel ma wiehed jaqbad u jaqtaghha li ghandu jitgholla cint sal-gholi li trid il-ligi, irid jittiehed qies tal-istat li jkun jinsab fih il-hajt li fuqu sejjer isir ix-xoghol, u dan biex ma ssirx hsara bla bzonn lill-hajt innifsu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info