Reference: 22/2000/1

Judgement Details


Date
15/03/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
CACHIA CARMELA ET vs MIFSUD BONNICI MARIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT 1322 (2) U (3) (D) TAL-KAP 16 - AZZJONIJIET DWAR ATT TA AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA - KOMMUNJONI TA AKWIST; KONJUGI
Summary
L-appell in ezami hu dwar decizjoni preliminarja moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera dwar eccezzjoni sollevata mill-intimat u li giet michuda.

L-aggravju tal-intimat hu li bid-decizjoni tieghu, il-Bord “injora kompletament” l-artiklu 1322(2) u (3)(d) tal-Kap. 16 li inter alia jinkludi fostatti ta' amministrazzjoni straordinarja, “atti li jaghtu jedd ta' uzu, u jew tgawdija ta' proprjeta' immobbli.”

Il-partijiet qieghdin jaqblu li, in forza tal-emendi li saru fil-ligijiet civilitaghna, b'sehh mill-1993, f'azzjonijiet dwar atti ta' amministrazzjoni straordinarja, dawn iridu jitmexxew u jigu diretti kontra l-konjugi meta hemm vigenti r-regim tal-komunjoni tal-akkwisti. Dan pero' ma kienx minn dejjem hekk billi qabel l-amministratur tal-komunjoni normalment kien ir-ragel wahdu, minghajr il-htiega tal-intervent tal-mara. Dan issa tbiddel. Madankollu, xorta wahda jezistul-kazi fejn ir-ragel ikun deher biex ikkontratta wahdu kemm qabel u anke wara li dawn l-emendi kienugew fis-sehh. Dan il-fatt ghalhekk iqanqal il-punt dwar ir-rapprezentanza legali f'kaz ta' proceduri gudizzjarji kontrieh meta jkun ukoll jirrizulta, kif irrizulta f'dan il-kaz in ezami, illi originarjament kien ir-ragel wahdu li ftiehem dwar il-kirja, affettwa hlas tal-istess, u kkontratta mas-sid. Di piu', fil-kaz in ezami jidher li l-intimat kien deher wahdu fuq att ta' konvenju mas-sid appellata u dan allura juri u jevidenzja bic-car li s-sid ma kinitx tenuta li u lanqas kellha raguni ghalfejn tmexxi l-azzjoni kontra l-konjugi Mifsud Bonnici konguntement.

Jekk issa, l-intimat appellant jidhirlu li ghandu jkun hemm il-presenza tieghu u dik ta' martu fil-kawza, il-ligi tal-procedura tikkontempla tali possibbilita', fil-kaz idoneu, kemm bl-istitut tal-kjamata fil-kawza, kif ukoll dak tal-intervenzjoni in statu et terminis mill-parti interessata. Li kieku l-appellant ma kelluebda dritt li jidher wahdu wara li l-emendi tal-1993 gew fis-sehh, huwa ma kellhux ghalfejn jibqa' jidher minghajr il-mara. Fir-relazzjonijiet u rapporti ezistenti ta' bejn is-sid u l-inkwilin, il-mara tal-appellant ma giet imdahhla u ma ndahhlet qatt, lanqas meta kien hemm il-possibbilita' ta' akkwist tal-immobbli. Ghalhekk l-aggravju tal-intimat m'huwiex fondat la fil-fatt u lanqas fid-dritt.

Il-Bord li Jirregola l-Kera ghamel riferenza ghad-decizjoni ricensjuri moghtija minn din il-Qorti, fid-29 ta' Settembru 2000 fil-kawza fl-ismijiet “Bianchi pro et nomine vs Degiorgio” in kwantugie ritenut fiha li:

“. bil-fatt li l-appellant kien joqghod fil-fond lokat lilu flimkien ma' martu u mal-familja tieghu, ma jfissirx li l-procedura kellha ssir, inkluzi l-interpellazzjonijietli saru mis-sid, kontra tieghu u martu f'daqqa. Il-provi kollha juru li l-inkwilin kien l-appellant u l-kera dejjem saret biss f'ismu u kwindi ma kienx il-kaz li tidhol jew tigi citata martu wkoll fil-proceduri gudizzjarji”.

Il-posizzjoni invece kienet tkun differenti u aktar definita likieku l'okkazzjoni sehhet wara l-emendi li gew in vigore bl-Att numru XXI tal-1993, kif illum inkorporati fil-Kodici Civili nostran. Il-fatt li f'dik il-kawza l-kawzali kienu differenti minn dawk fir-rikors promotorju f'din il-procedura ma jbiddel xejn minn dak li gie ritenut f'dik il-kawza jew mill-applikabilita' tieghu ghall-kaz odjern in kwantu tikkoncerna biss ir-rapprezentanza guridika.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tal-Appell, filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata, tichad l-appell tal-intimat bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra tieghu, u ghalhekk ukoll tordna li l-atti jigu mill-aktar fis, u tramite r-Registratur tal-Qorti, jigu mibghutin lura quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera ghal fini tas-smiegh, trattazzjoni u decizjoni fil-meritu skont il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info