Reference: 134/1997/1

Judgement Details


Date
15/03/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
BORG JOSEPH vs MICALLEF NAZZARENO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DESTINAZZJONI TA KERA - UZU TA FOND - ZGUMBRAMENT
Summary
L-aggravji tar-rikorrent appellant huma kollha impernjati fuq il-punt Ii skont hu l-evalwazzjoni tal-provi min-naha tal-Bord Ii Jirregola I-Kera kienet wahda zbaljata in kwantokke' dina kellha twassalghal apprezzament differenti u, konsegwentement, ghal decizjoni favur ir-rikorrenti.

Din iI-Qorti tosserva iIIi hija prassi taghha ormai ben stabbilita Ii hija ma tiddisturbax Ieggerment dik I-evalwazzjoni ta' provi ta' fatt Ii tkun ghamlet I-Ewwel Qorti, f'dan iI-kaz it-Tribunal specjali, ghar-raguni ovvja Ii dawn iI-provi jkunu tressqu u nstemghu quddiemha.

Punt krucjali ghar-rizoluzzjoni ta' din iI-vertenza huwa jekk il-fond, jew ahjar iI-“garage” immarkat bin-numru disgha (9)f'Borg Drive, Ganu Street, Birkirkara, kienx tassew mikri bhala fond kummercjali jew Ie, u jekk huwiex jintuza ghal dana I-iskop.

Din iI-Qorti tosserva Ii dak illi qabel xejn irid jigi stabbilit huwa l-iskop jew id-destinazzjoni tal-kera. Fin-nuqqas ta' ftehim Iokatizju in iskritt, il-Qorti necessarjament ikollha tistrieh fuq id-deposizzjonijiet Ii gew moghtija. Li I-fond jintuza regolarment mill-intimat jemergi mix-xhieda tal-appellant innifsu.

L-assjem tal-provi jikkonforta ghalkollox il-konkluzjonijiet raggunti mill-Bord Ii Jirregola l-Kera. Huwa minnu Ii tezisti I-probabbilita' Ii fl-operat kummercjali tieghu, l-intimat appellat jista' jkun Ii qed jivvjola I-ligijiet amministrattivi jew fiskali imma tali kostatazzjoni ma twaqqax per se' id-destinazzjoni tal-kera. Tista'potenzjalment taghti lok ghal xi kawzali ohra Ii timmilita kontra z-zamma tal-intimat fil-kirja imma l-kawzali moghtija fir-rikors promotorju mhijiex din. Min-naha I-ohra mbaghad, hemm ix-xhieda tal-intimat appellat in sostenn tal-Iinja difensjonali minnu eccepita fis-sens Ii hu kien u ghadu jaghmel uzu kummercjali mill-fond mikri, Ii hadem fih tassew is-sengha ta' mastrudaxxa kif ukoll Ii gielijirripara fih xi strumenti tal-pjanu.

Effettivament Ii jidher Ii gara fil-mument Ii giet fis-sehh iI-lokazzjoni hu Ii s-sid (i.e. I-appellant) ma kien jimpurtah ftit Ii xejn mill-iskop tal-kirja. Sakemm huwa kien idahhal il-kera u ma jkollux kwistjonijiet, l-uzu tal-fond kien wiehed apert. Hu kien pjenament edott mill-uzu kummercjali tal-fond de quo. Jista' jkun Ii wara certu zmien is-siddeherlu Ii seta' jaghmel uzu ahjar mill-fond billi jizgombra minnu lill-intimat u juzah hu bhala store jew ghal skop kummercjali u mhux ta' garage sic et simpliciter. U kif allura gustament gie ritenut mill-Bord illi billi l-fond huwa wiehed mikri ghal skop kummercjali, jigifieri hanut skont il-ligi, s-sid ma jistax jitlob Ii jiehdu f'idejh ghax ghandu bzonnu.

Dwar il-bqija tal-aggravji, il-Qorti tosserva Ii dawn kollha gew indirizzati b'mod approfondit mill-Bord Ii Jirregola l-Kera u l-osservazzjonijiet minnu maghmulin fir-rigward taghhom huma sostanzjalment gusti u ineccepibbli u humaghal kollox kondivizi minn din il-Qorti. Fic-cirkostanzi ghalhekk l-aspett tal-bzonn o meno da parti tas-sid hija superfluwa.

Ghaldaqstant din il-Qorti tal-Appell tiddeciedi billi, filwaqt litikkonferma s-sentenza appellata moghtija fil-kawza fl-ismijiet premessi, tichad l-appell tar-rikorrent appellant bl- ispejjez taz-zewg istanzi kontra tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info