eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 27/1999/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
15/03/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
DEBONO ALDO vs GALEA GEORGINA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
DEBONO ALDO vs GALEA GEORGINA ET - 27/1999/1 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), BORDIJIET
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
KIRJA; HSARAT
Fil-Qosor
L-aggravji tar-rikorrent appellant jirreferu kemm ghal dak li gie deciz mill-Bord li Jirregola l-Kera dwar il-kawzali ta' hsarat fil-fond da parti tal-inkwilin, kif ukoll dwar il-kawzali l-ohra li l-inkwilina ttrasferiet il-kirja minghajr il-kunsens tieghu.
Dwar l-ewwel kawzali, u wara li ghamel riferenza ghall-provi, ghar-rapport tal-periti teknici u ghall-gurisprudenza in materja, il-Bordikkonkluda li,
. ghalkemm fil-fond hemm xi hsarat, hu tal-fehma li m'hemmx il-hsara li ggib is-sanzjoni tal-izgumbrament.
Sabiex is-sid jizgombra kerrej fuq allegazzjoni ta' hsarat fil-fond irid jirrizulta li:
(i) dawn il-hsarat saru mill-kerrej, u dan anke billi jigi stabbilit li l-inkwilin ikun naqas mid-dover fuqu impost bil-ligi li jiehu hsieb il-fond lilu lokat uti bonus paterfamilias ;
(ii) dawn id-danni jridu jkunu gravi;
(iii) l-hsarat iridu jkunu hafna u hija l-kelma hafna' li ghandha tigi valorizzata u definita.
Mir-rapport peritali jemergi kjaramentl-ewwelnett li veru hemm hsarat fil-post u li hemm diversi; liema hsarat gew ikkagunati minn cirkostanzi differenti u indipendenti minn xulxin u fl-ahharnett li dawn il-hsarat diversi huma attribwibbli in parti lir-rikorrenti u in parte lill-intimata.
Hemm imbaghad inkluzi wkoll hsarat ohra rilevanti imma fil-fehma ta' din il-Qorti dak li gie relatat mill-periti teknici huwa elokwenti u cari sufficjentement. Ghalhekk, din il-Qorti assolutament ma tistax tifhem kif in segwitu l-istess Bord, kif ippresjedut, ikkonkluda li hu tal-fehma li m'hemmx il-hsara kbira li ggib is-sanzjoni tal-izgumbrament.
Tali kostatazzjoni ma tirrispekkja xejn dak li jemergi u jirrizulta tant bic-car fir-relazzjoni ta' periti teknici. Il-konkluzjoni ghalhekk taht dan l-aspett mhux bisshija wahda illogika imma wkoll wahda perikoluza ghar-raguni li suppost li gie apprezzat oggettivament min-naha tal-periti teknici li kkonducew spezzjoni tal-fond lokat, in segwitu spicca biex gie sostitwit b'apprezzament soggettiv in kwantu mhux bazat fuq il-preponderanza tal-provi.
Il-fatt li l-fond de quo kien espost ghall-bahar ukoll kien gie mehud in konsiderazzjoni mill-periti teknici fir-relazzjoni taghhom pero' cjo' nonostante dawn xorta wahda sabu nuqqasijiet gravi attribwibbli lill-inkwilin. Il-fatt imbaghad li sar xoghol rimedjali zmien wara li ccaqlaq proceduralment is-sid ma jaffettwax il-posizzjoni gja' ezistenti fil-mument li gie intavolat ir-rikors promotorju in ezami. Li kieku tigi accettata tali sitwazzjoni, dik jigifieri li l-kerrej jithalla jreggi' lura kollox, allura l-ebda sid ma jkun jista' jagixxi a tenur tal-Art. 69 ghal fini ta' zgumbrament ghax kullinkwilin jipprova jsib ir-rimedju posterjorment.
Una volta li l-periti stabbilew li l-hsarat attribwibbli lis-sid kienu indipendenti bhala kawza u effett minn dawk attribwibbli lill-inkwilina hu bizzejjed biex jigi ritenut li dak li hu attribwibbli bhala hsarat lis-sid m'ghandu ebda konnessjoni mal-hsarat attribwibbli lill-intimata. U meta l-periti teknici waslu biex addirittura jikkostataw li minhabba traskuragni gravi da parti tal-inkwilin, il-faccata wasslet ghall-istat ta' hsarakbira u giet strutturalment imdghajfa, din il-Qorti frankament ma tasalx biex tifhem x'ried izjed jipproduci bhala prova r-rikorrent in sostenn tal-ewwel kawzali tieghu kif provdut fil-Kap. 69.
La darba li l-ewwel kawzali tirrizulta pprovata sufficjentement, din il-Qorti lanqas m'ghandha ghalfejn tinvesti wkoll it-tieni kawzali dwar li l-inkwilina ttrasferiet il-kirja lil terzi minghajr il-kunsens tas-sid. Wahidha, l-ewwel kawzali gja' hija bizzejjed ghall-akkoljiment tat-talba attricighar-ripreza tal-fond bl-izgumbramet tal-intimati appellanti. Ghal kull fini pero' jinghad li ankefuq din it-tieni kawzali hemm diversi punti li jimmilitaw kontra dak li gie deciz mill-Bord favur it-tezi tal-appellanti.
Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddeciedi billi, filwaqt li tilqa' l-appell tar-rikorrent appellant, tirrevoka s-sentenza appellata fil-kawza fl-ismijiet premessi deciza mill-Bord li Jirregola l-Kera fit-2 ta' Mejju 2001, u filwaqt ghalhekk li tilqa' t-talba tal-appellantkif dedotta fir-rikors promotorju, qieghda tipprefiggi fuq l-appellanti intimati, ghal fini ta' zgumbrament mill-fond. Il-kap tal-ispejjez ghaz-zewg istanzi jithallas mill-intimati appellati.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta