Reference: 691/1999/1

Judgement Details


Date
22/03/2002
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BEZZINA WETTINGER FRANCIS ET vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI - META L-PROCEDURA DDUM NUMRU TA` SNIN BIEX TINTEMM - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - PRINCIPJI REGOLATURI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, META L-INTERESS PUBBLI KU MA JIBQAX ISEHH - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RAPPORT BEJN L-ARTIKOLU 37 TAL-KOSTITUZZJONI U LIGI LI TKUN DAHLET FIS-SEHH QABEL IT-3 TA` MARZU 1962
Summary
L-artikolu 47(9) tal-Kostituzzjoni jipprovdi li ebda haga fl-artikolu 37 tal-Kostituzzjoni (protezzjoni minn tehid ta` proprjeta` minghajr kumpens) ma ghandha tolqot il-hdim ta' xi ligi fis-sehh minnufih qabel it-3 ta' Marzu 1962 jew xi ligi maghmula fi jew wara dik id-data li temenda jew tissostitwixxi xi ligi fis-sehh minnufih qabel dik id-data (jew xi ligi li minn zmien ghal zmien tkun emendatajew sostitwita bil-mod deskritt f'dan is-subartikolu) u li ma:

a) izzidx max-xorta ta' proprjeta' li jista' jittiehed pussess taghha jew id-drittijiet fuq u nteress fi proprjeta' li jistghu jigu miksuba;

b) izzidx mal-finijiet li ghalihom jew cirkostanzi li fihom dik il-proprjeta' jista' jittiehed pussess taghha jew tigi miksuba;

c) taghmilx il-kundizzjonijiet li jirregolawid-dritt ghal kumpens jew l-ammont tieghu anqas favorevoli lil xi persuna li jkollha jew li tkun interessata fil-proprjeta'; jew

d) tipprivax xi persuna minn xi dritt bhal dak li huwa msemmifil-paragrafu (b) jew paragrafu (c) ta' l-artikolu 37(1) ta' din il-Kostituzzjoni.

L-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet ghall-skopijiet Pubblici (Kap. 88) giet promulgata qabel it-3 ta' Marzu 1962 u l-emendi li sarulha ma jaqghux taht il-kategoriji imsemmija fl-Artikolu 47 tal-Kostituzzjoni. Ghalhekk din l-Ordinanza mhix soggetta ghall-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni.

Ghal dak li jirrigwarda l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Ewropea japplika pero` il-principju li meta l-Ordinanza dwarl-Akkwist ta' Artijiet ghall-skopijiet Pubblici giet originarjament promulgata, il-Legislatur kienmhux biss haseb ghat-tehid immedjat tal-pussess u disponibilita' tal-proprjeta' biex tigi utilizzata ghall-iskop li ghalih tkun giet esproprjata, imma wkoll ghall-process spedit ta' likwidazzjoni ta'kumpens dovut anke` bit-twaqqif ta' Tribunal kwazi gudizzjarju b'kompetenza teknika in materja. Zgur li l-Ordinanza qatt ma kienet mahsuba biex tigi mehuda art meta l-iskop pubbliku ma jkunx jirrizulta stabbilit, u wisq anqas kien mahsub illi l-Gvern jiehu l-art, jutilizzaha ghal ghexieren ta' snin, u xi darba jhallas il-kumpens.

Id-dikjarazzjoni tal-President tar-Repubblika li jesproprjal-art in kwistjoni ma kienx att istantanju imma biss l-ewwel att ta' process kontinwat illi ghadu mhux mitmum u li konsegwentement, jekk jirrizulta illi f'xi zmien sakemm jigi finalment rejalizzat kien hemm lezjoni tal-jedd fundamentali tar-rikorrenti dan seta' jwassal ghal dikjarazzjoni ta' vjolazzjoni f'dan il-kaz tal-Konvenzjoni.

Illi wiehed irid dejjem izomm f'mohhu li dak li tippermetti l-Konvenzjoni mhux li t-tehid ta' proprjeta' privata jsir "ghal skop pubbliku", izda li jsir "fl-interess pubbliku".

Jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn art tittiehed minghand persuna biex tinghata lil persuna ohra u dan ikun fl-interess pubbliku. Dan jista' jsehh f'kuntest tal-promozzjoni tal-gustizzja socjali. Kull kaz irid jigi ezaminat u vvalutat fuq il-fattispecje partikolari tieghu. Fl-ahhar mill-ahhar hi l-Qorti li, fil-kaz konkret, trid tkun sodisfatta li dak li qed isir jew li bi hsiebu jsir hu fl-interess pubbliku

Mhux bizzejjed li l-esproprjazzjoni ssir fl-interess pubbliku, izda hu necessarju li dan m'ghandux isir a skapitu ta' persuna li b'mod li jigi mpostfuqu/hom piz partikolari u eccessiv.

L-interess pubbliku jrid jissussisti sa dakinhar li jigi pubblikat il-kuntratt ta` trasferiment tal-art esproprjata minghand il-privat a favur il-Gvern. Jekk l-interess pubbliku ghal xi raguni jisfuma, jew ma jkunx ghadu jezisti u l-istat jibqa' jzomm il-proprjeta' f'idejh bla raguni valida, hu kien minn dak il-mument jivvjola l-jedd fundamentali ta' l-individwu ghat-tgawdija ta' dawk il-possedimenti tieghu. Il-poter ta' l-esproprju ghalhekk kellu jigi wzat biss meta kien ikun jirrizulta mehtieg bl-anqas diskapitu ghall-jeddijiet proprjetarji ta' l-individwu u b'mod illi t-tehid jew l-interferenza ghad-tgawdija pacifika ta' tali proprjeta' tkun akkompjanata mill-hlas tempestiv ta' kumpens xieraq.

Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali f'din il-kawza deciza fl-10 ta' Ottubru 2003.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info